Cidade Velha
Cidade Velha (pronunzja: [siˈðaðɨ ˈvɛʎɐ]; li bil-Portugiż litteralment tfisser "belt antika", magħrufa wkoll bħala: Santiago de Cabo Verde) hija belt fin-naħa tan-Nofsinhar tal-gżira ta' Santiago, Cabo Verde.[1] Stabbilita fl-1462, hija l-eqdem insedjament f'Cabo Verde u hija l-eks belt kapitali tal-pajjiż. Fl-imgħoddi kienet tissejjaħ Ribeira Grande, u isimha nbidel għal Cidade Velha fl-aħħar tas-seklu 18. Hija s-sede tal-muniċipalità ta' Ribeira Grande de Santiago.[2]
Cidade Velha | |
---|---|
Cabo Verde | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Cabo Verde |
Administrative territorial entity of Cape Verde | Gżejjer ta' Sotavento |
Concelho of Cape Verde | Ribeira Grande de Santiago |
Ġeografija | |
Koordinati | 14°55′00″N 23°36′15″W / 14.9167°N 23.6042°WKoordinati: 14°55′00″N 23°36′15″W / 14.9167°N 23.6042°W |
Superfiċjenti | 209.1 hectare, 1,795.6 hectare |
Għoli | 1 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 2,148 abitanti |
Informazzjoni oħra | |
Fondazzjoni | 1462 |
Din il-belt, li tinsab lil hinn mill-kosta tal-Majjistral tal-Afrika, kienet l-ewwel insedjament kolonjali Ewropew fit-tropiċi. Parti mid-disinn oriġinali ppjanat bir-reqqa tas-sit għadu intatt, inkluż fortizza rjali, żewġ knejjes u pjazza tas-seklu 16. Illum il-ġurnata, Cidade Velha hija waqfa fl-Atlantiku għat-trasport marittimu u ċentru tal-kultura Creole. Il-belt saret Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u waħda mis-Seba' Għeġubijiet ta' Oriġini Portugiża fid-Dinja fl-2009.[3]
Cidade Velha tinsab tul il-kosta tan-Nofsinhar ta' Santiago, fil-ħalq tax-xmara Ribeira Grande de Santiago. Tinsab 10 kilometri (6 mili) biss fil-Punent tal-belt kapitali Praia. Fost is-suddiviżjonijiet tal-belt hemm Largo Pelourinho, São Sebastião, Santo António u São Pedro.
Il-gżira ta' Santiago ġiet skoperta minn António da Noli, persuna minn Genova fis-servizz Portugiż, fl-1460.[4] Da Noli mar jgħix f'Ribeira Grande mal-membri tal-familja tiegħu u flimkien ma' Portugiżi minn Algarve u Alentejo fl-1462.[5] Il-kundizzjonijiet għall-insedjament kienu tajbin minħabba l-abbundanza ta' ilma mix-xmara Ribeira Grande, li tatha vantaġġ meta mqabbla ma' insedjament ieħor f'Santiago, Alcatrazes.[6] L-insedjament sar port ewlieni għall-kolonizzazzjoni Portugiża lejn l-Afrika u l-Amerka t'Isfel. Fis-sekli 16 u 17, kienet ċentru tal-kummerċ marittimu bejn l-Afrika, il-Kap, il-Brażil u l-Karibew. Minħabba l-prossimità tagħha mal-kosta Afrikana, kienet pjattaforma essenzjali għall-kummerċ tal-iskjavi.
Il-port ta' Cidade Velha kien waqfa għal żewġ navigaturi kbar: Vasco da Gama, fl-1497, fi triqtu lejn l-Indja, u Kristofru Kolombu, fl-1498, matul it-tielet vjaġġ tiegħu lejn l-Amerki. Fl-1522, kien waqfa għall-ispedizzjoni tal-esploratur Ferdinand Magellan, taħt Spanja fl-aħħar parti taċ-ċirkumnavigazzjoni tad-dinja.
Cidade Velha għandha l-eqdem knisja kolonjali fid-dinja, il-knisja tal-Madonna tar-Rużarju (Nossa Senhora do Rosário), li nbniet fl-1495. Fl-1533, Cidade Velha saret is-sede tad-Djoċesi Kattolika Rumana l-ġdida ta' Santiago de Cabo Verde, li nħolqot permezz tad-digriet Papali tal-Papa Klement VII. Attwalment is-sede tinsab f'Praia.
Ir-rikkezzi ta' Ribeira Grande u l-kunflitti bejn il-Portugall u s-setgħat kolonjali rivali Franza u r-Renju Unit attiraw l-attakki tal-pirati, inkluż dawk minn Francis Drake (1585) u Jacques Cassard (1712).[7] Minkejja l-kostruzzjoni tal-Forti Rjali ta' São Filipe fl-1587-1593, Ribeira Grande baqgħet vulnerabbli u marret lura. Il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn Praia fl-1770.[8]
Ribeira Grande (issa Cidade Velha) spiċċat fil-livell ta' villaġġ u l-binjiet ċivili, reliġjużi u militari ddeterjoraw. Mis-snin 60 tas-seklu 20, bdew ix-xogħlijiet tar-restawr. Fl-2009 is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaCidade Velha ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2009.[3]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[3]
Demografija
immodifikaPopolazzjoni tal-belt ta' Cidade Velha (1990-2010) | |
---|---|
1990 | 2010[9] |
2148 | 1214 |
Attrazzjonijiet
immodifika- Pelourinho (berlina), stabbilit fl-1512 jew fl-1520. Ma' dan il-pilastru tal-irħam kienu jiġu kkastigati pubblikament l-iskjavi ribellużi. Ġie rrestawrat fis-snin 60 tas-seklu 20 u jinsab fil-pjazza prinċipali tal-belt.
- Il-Forti Rjali ta' São Filipe, li nbena fl-1587-1593. Dan il-forti nbena bħala difiża kontra l-attakki tal-pirati (l-iktar Franċiżi u Ingliżi). Jinsab f'elevazzjoni ta' 120 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
- Il-Knisja ta' Nossa Senhora do Rosário, l-eqdem knisja kolonjali fid-dinja, mibnija fl-1495. Għandha kappella laterali fl-istil Gotiku Manwelin.
- Il-fdalijiet tal-Katidral tas-Sé; il-katidral beda jinbena fl-1556 u tlesta fl-1705, u r-rikkezzi tiegħu nsterqu fl-1712. Il-fdalijiet impressjonanti tiegħu (il-knisja kienet twila 60 metru) ġew ikkonservati fl-2004.
- Il-fdalijiet tal-Kunvent ta' São Francisco, li nbena fl-1657 fuq xaqliba 'l barra miċ-ċentru tal-belt. Il-knisja tal-kunvent ġew irrestawrata fl-2002.
- Bosta djar tradizzjonali jinsabu tul it-toroq ta' rua Banana u ta' rua Carreira.
Klima
immodifikaCidade Velha għandha klima arida sħuna (BWh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Il-preċipitazzjoni annwali medja tagħha tammonta għal 201 millimetru jew 7.91 pulzieri, u t-temperatura medja tiegħu hi 25.2 °C jew 77.4 °F. L-iżjed xahar biered huwa Jannar (b'medja ta' 23.0 °C jew 73.4 °F) u l-iżjed xahar sħun huwa Ottubru (medja ta' 28.0 °C jew 82.4 °F).
Data klimatika għal Cidade Velha, metru 'l fuq mil-livell tal-baħar | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. massima medja ta' kuljum f'°C (°F) | 26.7
(80.1) |
27.2
(81.0) |
27.9
(82.2) |
28.3
(82.9) |
28.5
(83.3) |
29.6
(85.3) |
29.4
(84.9) |
30
(86) |
30.6
(87.1) |
31
(88) |
29.7
(85.5) |
27.3
(81.1) |
28.9
(84.0) |
Temp. minima medja ta' kuljum f'°C (°F) | 19.4
(66.9) |
19.2
(66.6) |
19.7
(67.5) |
20.1
(68.2) |
21
(70) |
21.8
(71.2) |
22.5
(72.5) |
23.7
(74.7) |
23.9
(75.0) |
25
(77) |
22.3
(72.1) |
20.8
(69.4) |
21.6
(70.9) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 2
(0.1) |
2
(0.1) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
0
(0) |
7
(0.3) |
50
(2.0) |
90
(3.5) |
40
(1.6) |
9
(0.4) |
1
(0.0) |
201
(8) |
Sors: climate-data.org[10] |
Gallerija
immodifikaReferenzi
immodifika- ^ "Statistika nazzjonali" (PDF).
- ^ Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 77.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Cidade Velha, Historic Centre of Ribeira Grande". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-03.
- ^ Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 73.
- ^ Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 97.
- ^ Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 80.
- ^ Valor simbólico do centro histórico da Praia, Lourenço Conceição Gomes, Universidade Portucalense, 2008, p. 195.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Centre historique de Praia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-03.
- ^ "Arquivo de RGPH Dados por zonas e lugares" (bil-Portugiż). Miġbur 2024-02-03.
- ^ "Ribeira Grande de Santiago (Cidade Velha) climate: Average Temperature by month, Ribeira Grande de Santiago (Cidade Velha) water temperature". en.climate-data.org. Miġbur 2024-02-03.