Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                

Il-fażijiet lunari jew fażijiet qamrin jiddeskrivu kif jidher il-Qamar matul il-moviment tiegħu. Kif jidher jiddependi mill-orjentament tiegħu relattiv għax-Xemx. Il-fażijiet lunari jirrepetu ruħhom f'intervall ta' żmien imsejjaħ "xahar sinodiku", ta' madwar 29 jum u nofs. Ix-xahar tal-kalendarju tagħna ġej minnu. Il-fażijiet lunari ġejjin mit-tidwir tal-Qamar u t-tibdil ċikliku li jiġi minnu tal-pożizzjoni relattiva mad-Dinja u x-Xemx.

Animazzjoni tal-fażijiet qamrin

Il-qmura

immodifika

Il-qmura jew fażijiet jirrappreżentaw il-parti tal-Qamar imdawla mix-Xemx.
Hemm erba' pożizzjonijiet fundamentali, rappreżentati fil-figura ta' taħt bit-titli ta' fuq, u erba' intermedji:

  1. Qamar mitluf
  2. Qamar ġdid
  3. L-ewwel kwart
  4. Qamar mużqaq
  5. Qamar kwinta jew Qamar mimli
  6. Qamar muqsar
  7. L-aħħar kwart
  8. Qamar xiħ

It-terminu "kwart" jirreferi għall-pożizzjoni tal-Qamar fl-orbita madwar id-Dinja. Meta jkun f'waħda minn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet mid-dinja jidher biss nofs emisferu.

 
Il-fażijiet tal-Qamar, meta nħarsu lejn in-Nofsinhar mill-Emisferu Boreali. Mill-Emisferu Awstrali kull fażi tidher imdawra b'180°. Fil-parti ta' fuq tal-istampa ma nżammitx l-iskala, billi l-Qamar hu iżjed 'l bogħod mid-Dinja milli jintwera hawn.

It-tlugħ u l-inżul tal-qamar

immodifika
  • Meta jkun hemm Qamar mitluf, il-Qamar ikun qiegħed bejn id-Dinja u x-Xemx: jitla' filgħodu u jinżel fil-għaxija.
  • Fil-kwarti (l-ewwel kwart u t-tieni kwart), il-linji li jgħaqqdu d-Dinja mal-Qamar u l-Qamar max-Xemx jagħmlu angolu ta' 90°. Fl-ewwel kwart il-Qamar jitla' f'nofsinhar u jinżel f'nofsillejl, fl-aħħar kwart jitla' f'mofsillejl u jinżel f'nofsinhar.
  • Meta l-Qamar ikun mimli id-Dinja tkun bejn ix-Xemx u l-Qamar.

Il-qamar jagħmel dawra sħiħa madwar id-dinja f'27 jum, 7 sigħat, 43 minuta u 11-il sekonda (xahar siderali). Waqt li x-xahar lunari jew sinodiku (jiġifieri l-perjodu bejn żewġ qmura mitlufin) idum 29 jum, 12-il siegħa, 44 minuta u 3 sekondi. Id-differenza ġejja mill-fatt li sistema Dinja-Qamar qiegħda torbita madwar ix-xemx fl-istess ħin li l-Qamar qiegħed jorbita madwar id-Dinja[1].

Iż-żmien bejn żewġ fażijiet hu varjabbli ħafna billi l-orbita tal-Qamar hi elittika u suġġetta għal bosta perturbazzjonijiet perjodiċi, li jbiddlu l-veloċità tal-Qamar. Meta l-Qamar ikun iżjed qrib lejn id-Dinja, jiġri iżjed; meta jkun iżjed 'l bogħod, jimxi iżjed bilmod. L-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx hi wkoll elittika, u għalhekk il-veloċità tad-Dinja tvarja wkoll u dan jaffettwa wkoll il-fażijiet tal-Qamar.

Wieħed jistenna li darba fix-xahar meta l-Qamar jgħaddi bejn id-Dinja u x-Xemx, meta l-Qamar ikun mitluf, id-dell tiegħu jaqa' fuq id-dinja u jikkawża eklissi solari. Bl-istess mod matul kull Qamar kwinta wieħed jistenna li d-dell tad-Dinja jaqa' fuq il-Qamar u jikkawża eklissi lunari. Ma narawx eklissi tax-Xemx u tal-Qamar kull xahar għaliex il-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja hu maqlub b'xi ħames gradi relattivament mal-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx (il-pjan tal eklittika). Għalhekk, meta jkun hemm Qamar mitluf jew mimli, il-Qamar ikun il-fuq jew l-isfel minn linja dritta li tgħaddi mid-Dinja u x-Xemx. Tassew li biex ikun hemm eklissi, il-Qamar irid ikun mitluf jew mimli, imma biex ikun hemm eklissi irid ikun qiegħed qrib ħafna fejn jiltaqgħu il-pjan tal-orbita tad-Dinja madwar ix-Xemx u l-pjan tal-orbita tal-Qamar madwar id-Dinja (jiġifieri, f'wieġed min-nodi). Dan jiġri xi darbtejn fis-sena, u allura hemm bejn erba' u seba' eklissi fis-sena. Il-biċċa l-kbira minn dawn huma insinjifikanti; eklissi maġġuri tax-Xemx u l-Qamar huma rari ħafna.

Il-kalkulu tal-fażijiet lunari

immodifika

Kemm għandu żmien il-Qamar bejn wieħed u ieħor, u allura l-fażi bejn wieħed u ieħor, nistgħu nikkalkulawh għal kull data billi ngħoddu l-ġranet minn data magħrufa ta' qamar mitluf (pereżempju l-1 ta' Jannar 1900 jew il-11 ta' Awwissu 1999) u nirriduċu dan in-numru modulo 29.530588853 (it-tul tax-xahar sinodiku). Però dan il-kalkulu jissoponi l-orbita hija ċirku perfett u għalhekk irridu nikkoreġuh bi ftit sigħat (isir inqas eżatt iżjed ma tkun kbira d-differenza bejn id-data meħtieġa u d-data ta' referenza). Għal iżjed eżattezza li tieħu kont tal-apoġew u il-periġew linari jinħtieġ.

Proverbji u espressjonijiet

immodifika
  • Meta l-qamar jikser tista' tlaqqam.
  • F'qamar mitluf la tqiegħed qrejjaq, la tlaqqam u lanqas tiżra'.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Phases of the Moon, Pamela J. W. Gore, Georgia Perimeter College, [1]