Medjuevu
Dan l-artiklu dwar l-istorja huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Fl-istorja tal-Ewropa, il-Medjuevu (jew il-Medju Evu jew il-perjodu Medjevali) dam mis-seklu 5 sas-seklu 15. Dan beda bil-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent u tranżita fir-Rinaxximent u l-Età ta' Skoperta. Il-Medjuevu huwa l-perjodu tan-nofs tat-tliet diviżjonijiet tradizzjonali tal-istorja tal-Punent: l-antikità klassika, il-perjodu Medjevali, u l-perjodu modern.