Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

FK Qarabağ

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn FK Karabakh)
FK Qarabağ
Isem sħiħ Neftçi Peşəkar Futbol Klubu
Ismijiet oħra Atlılar (Bojod u Suwed)
Xalq Komandası (Ħaddiema)
Fundazzjoni 1951
Grawnd Stadju Guzanli Olympic Complex
Proprjetarju Azersun Holding MMC (en) Translate
President Turkija Abdulbari Gözal
Kowċ Ażerbajġan Gurban Gurbanov
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

FK Qarabağ Ağdam (Qarabağ Ağdam), magħruf ukoll bħala FK Karabakh Aghdam, hu klabb tal-futbol mill-Ażerbajġan li huwa bbażat ġewwa Agdam, li attwalment jilgħabu fil-Premier League Ażerbajġan u r-rebbieħa ta' tliet titli tat-Tazza Ażerbajġana.

Qarabağ kienu l-ewwel klabb li mhux ibbażat f'Baku li rebħu t-titlu tal-Premier League Ażerbajġan. FK Qarabağ huwa wieħed mill-aktar timijiet ta' suċċess tal-futbol Ażerbajġan fil-kompetizzjoni Ewropea (bi 3 rebħiet kontinwi) kif ukoll laħqu r-rawnd tal-play-off darbtejn fl-2009 u 2010.[1][2]

Il-klabb huwa wieħed minn tliet timijiet fl-Ażerbajġan, flimkien ma Neftchi Baku u Turan Tovuz li ħadu sehem fil-kampjonat tal-Premier League Ażerbajġan s'issa.

Formazzjoni (1951–1966)

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Klabb kien fondat fl-1951 bħala Qarabağ wara t-tlestija ta' bini tal-belt Agdam, hemm beda l-isforzi serji lejn ħolqien ta' tim tal-futbol professjonali. Bħala riżultat ta' dan kienu maħluqin FK Qarabağ, inizjalment aġixxew taħt l-isem Mekhsul li ħadu sehem fil-kampjonat tal-Ażerbajġan fl-1966 għall-ewwel darba.[3]

Żieda stabbli (1968–1988)

[immodifika | immodifika s-sors]

F'dik is-sena l-klabb kiseb ir-4 post fil-kampjonat lokali. FK Qarabağ kontinwament ipparteċipaw fil-kampjonat lokali għal erba 'snin konsekuttivi. Fi ħdan dawn is-snin – it-2 post kien l-aħjar riżultat miksub fl-1968. Madankollu, wara l-1968 minħabba traskuraġni u nuqqas ta' appoġġ finanzjarju lit-tim ma pparteċipax fil-kampjonati għal perjodu twil. Fl-1977, it-tim ingħata twelid mill-ġdid skond l-isem Shafaq. Fl-1982 Shafaq kienu rappreżentattivi uniċi ta' Aghdam fil-futbol. Bejn il-perjodi tal-iskwadra 1982-1987 aġixxew taħt l-isem Cooperative society. Fl-1988, FK Qarabağ rebħu t-titolu taċ-ċampjins fil-kampjonat lokali taħt l-isem attwali tiegħu.

Effetti ta' gwerra u ġlidiet finanzjarji (1991–2001)

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1993, matul il-Gwerra Nagorno-Karabakh, il-belt ta' Agdam daħlet taħt kontroll Armen, u t-tim kien sfurzata biex iċċaqlaq l-Istadju Imarat għall-Baku, filwaqt li l-kowċ tal-klabb Allahverdi Bagirov miet fil-gwerra.[4][5] Problemi finanzjarji dehru fil-klabb u l-klabb kien qiegħed jgħix fl-agħar mumenti tiegħu bejn il-perjodu 1998-2001. Madankollu, ħadt ma waqaf il-klabb li sar l-ewwel tim Ażerbajġan li kiseb ir-rebħa barra minn daru fil-kompetizzjonijiet Ewropej billi għelbu lil Iżraeljani Maccabi Haifa FC 2–1 fil-UEFA Intertoto Cup tal-1999, grazzi għal strajk doppju mill-leġġenda tal-klabb Mushfig Huseynov. FK Qarabağ ukoll irrappreżentaw l-Ażerbajġan fil-kompetizzjonijiet bħal UEFA Cup Winners' Cup u l-UEFA cup.

Fis-snin reċenti u l-era ta' Gurban Gurbanov (2001–preżent)

[immodifika | immodifika s-sors]
Gurban Gurbanov huwa wieħed mill-kowċis Ażerbajġani li għamel suċċess fil-kompetizzjonijiet Ewropej.

Dawn il-problemi kollha kienu solvuti 2001, wara waħda mill-akbar kumpaniji azjenda tal-Ażerbajġan, L-azhebda ta' Azersun bdiet biex tisponsorja l-klabb. Il-klabb ġie taħt l-isem Qarabag-Azersun għal żewġ staġuni, madankollu l-isem oriġinali tagħhom ġie lura fl-2004.[6]

Fl-2008, l-eks stilla tal-futbol Ażerbajġan Gurban Gurbanov inħatar bħala kowċ wara t-tluq mhux mistennija ta' Rasim Kara ma Khazar Lankaran ġimgħa qabel tal-bidu tal-istaġun 2008–09. Immexxija minn Gurban Gurbanov, Qarabağ marru kontra l-istrateġija komuni tal-futbol Ażerbajġan, li evita plejers barranin favur trawwim talentali lokali.[7]

Taħt Gurbanov, Qarabağ saru l-aktar tim tal-futbol Ażerbajġan suċċessiv fl-Ewropa (bi 3 rebħiet kontinwi) li waħda minnhom kienet li rebħu l-play-off billi għelbu lil Rosenborg BK, grazzi għal gowl minn Rashad Sadygov fil-UEFA Europa League, ukoll eliminaw lil FC Honka tal-Finlandjaja.[8][9] Il-kisbiet fil-kompetizzjonijiet Ewropej għamlu wkoll lil Gurban Gurbanov l-aktar kowċ mill-Ażerbajġan li għamel suċċess fl-istorja tal-futbol tal-pajjiż.[10] Fl-2010, il-klabb għamel rekord Ażerbajġan għall-akbar rebħa fil-kompetizzjoni Ewropea matul dak iż-żmien billi rebħu lil FK Metalurg Skopje 4–1 f'Baku kif ukoll eliminaw lil Wisła Kraków biex jilħqu l-play-offs għat-tieni sena konsekuttiva.[11][12][13] Fl-2011, il-klabb ġedded l-istess reġistru billi rebaħ lil Banga Gargždai 4–0 f'Gargždai.[14]

Fl-istaġun 2011-12 intem fl-istil diżappuntanti għal Qarabağ kif huma spiċċaw fir-raba' post, li ma daħlu fl-ebda kompetizzjoni Ewropea.[15]

L-istadju kurrent ta' FK Qarabağ huwa l-Istadju Guzanli Olympic Complex, li jinsab ġewwa Quzanlı, l-aktar muniċipalità popolata f'Agdam ġewwa Nagorno-Karabakh. L-Istadju Imarat li kien l-istadju oriġinali tal-klabb kien meqrud mill-bambardamenti mill-forzi militari Armeni matul il-Gwerra Nagorno-Karabakh.[16][17][18]

F'April 2009, il-klabb ħabbar li l-logħob tagħhom se jibdew jintlagħbu fl-Istadju Guzanli Olympic Complex, wara l-Federazzjoni tal-Kampjonat Professjonali tal-futbol tal-Ażerbajġan li tippermettilhom li jilagħbu f'Agdam.[19] Il-klabb kien jilgħab il-logħbiet tiegħu fl-Istadju Ismayilov Tofig mill-1993.[20]

Kuluri u Emblema

[immodifika | immodifika s-sors]
Iż-Żiemel Karabakh huwa l-annimal nazzjonali tal-Ażerbajġan u s-simbolu uffiċjali ta' Agdam.

L-arma fl-emblema tal-klabb huwa s-simbolu ta' Karabakh. Huwa prodott minn disinjaturi Ingliżi u bbażat fuq iż-Żiemel Karabakh.[21] Iż-żiemel jirriżulta l-laqam tal-klabb The Horsemen; huwa kien inkluż fil-programmi tal-klabb u xalpi fil-perjodu bikri, għalkemm l-arma ma kinitx inkluża fuq is-sider tal-flokk sal-2004.[22]

Il-kuluri tradizzjonali tal-klabb jalludu għall-post tal-klabb f'Nagorno-Karabakh, li jfisser "Ġnien Iswed" bl-iswed u abjad li jirrappreżentaw id-dawl u dlam rispettivament.

Rebbieħa (11): 1993, 2013-14, 2014-15, 2015-16, 2016-17, 2017-18, 2018–19, 2019/2020, 2021/22, 2022/23, 2023/24
Rebbieħa (2): 1988, 1990
Rebbieħa (6): 1993, 2005–06, 2008–09, 2014-15, 2015-16, 2017-18
Rebbieħa (1): 1990

Storja tal-Kampjonat u t-Tazza

[immodifika | immodifika s-sors]
Staġun Div. Poż. L R P T GF GK P Tazza Domestika
1992 1 4 36 24 7 5 76 26 55 Finali 1/8
1993 1 1 18 9 7 2 23 11 25 Rebbieħa
1993–94 1 2 30 21 7 2 52 12 49 Semi-Finali
1994–95 1 4 24 13 6 5 42 31 32 Finali 1/8
1995–96 1 5 20 4 9 7 25 26 21 Runners-Up
1996–97 1 2 30 23 2 5 61 25 71 Semi-Finali
1997–98 1 4 26 14 7 5 43 22 49 Runners-Up
1998–99 1 4 36 20 6 10 50 29 66 1 Rawnd
1999-00 1 8 22 5 10 7 21 25 25 Runners-Up
2000–01 1 9 20 5 4 11 19 34 19 Finali 1/8
2001–02 1 3 32 16 3 13 50 44 51 Finali 1/4
2003–04 1 3 26 19 3 4 63 17 60 Semi-Finali
2004–05 1 6 34 22 5 7 61 31 71 Finali 1/8
2005–06 1 5 26 12 4 10 32 32 40 Rebbieħa
2006–07 1 8 24 6 9 9 20 27 27 Finali 1/8
2007–08 1 5 26 11 8 7 25 16 41 Kwarti tal-Finali
2008–09 1 5 26 14 7 5 35 22 49 Rebbieħa
2009–10 1 3 42 17 18 7 37 30 69 Kwarti tal-Finali
2010–11 1 3 32 17 7 8 41 22 58 Finali 1/8
2011–12 1 4 32 15 8 9 37 28 53 Semi-Finali
2012–13 1 2 32 16 11 5 43 26 59 Semi-Finali

Parteċipazzjoni fl-Ewropa

[immodifika | immodifika s-sors]
Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: FK Qarabağ fil-futbol Ewropew.

Sors: uefa.com

Kompetizzjoni Logħob R P T GF GK
UEFA Champions League - - - - - -
Tazza UEFA / UEFA Europa League 34 15 8 11 39 42
Tazza tat-Tazez Ewropej 4 0 1 3 1 12
UEFA Intertoto Cup 4 1 0 3 2 11
Total 42 16 9 17 42 65
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1996–97 Tazza tat-Tazez Ewropej 1RK Finlandja MyPa 0–1 1–1 1–2 (ħs)
1997–98 Tazza UEFA 1RK Repubblika Ċeka Jablonec 97 0–3 0–5 0–8
1998–99 Tazza tat-Tazez Ewropej 1RK Danimarka Copenhagen 0–4 0–6 0–10
1999 UEFA Intertoto Cup 1RK Iżrael Maccabi Haifa 0–1 2–1 2–1 (a)
2RK Franza Montpellier 0–3 0–6 0–9
2004–05 Tazza UEFA 1RK Slovakkja Dukla 0–1 0–3 0–4
2006–07 Tazza UEFA 1RK Moldova Zimbru Chişinău 1–2 1–1 2–3 (ħs)
2009–10 UEFA Europa League 2RK Norveġja Rosenborg 1–0 0–0 1–0
3RK Finlandja Honka 2–1 1–0 3–1
PO Netherlands Twente 0–0 1–3 1–3
2010–11 UEFA Europa League 1RK Maċedonja ta' Fuq FK Metalurg 4–1 1–1 5–2
2RK Irlanda ta' Fuq Portadown 1–1 2–1 3–2
3RK Polonja Wisła Kraków 3–2 1–0 4–2
PO Ġermanja Borussia Dortmund 0–1 0–4 0–5
2011–12 UEFA Europa League 1RK Litwanja Banga Gargždai 3–0 4–0 7–0
2RK Gżejjer Faroe EB/Streymur 0–0 1–1 1–1 (a)
3RK Belġju Club Brugge 1–0 1–4 2–4
2013–14 UEFA Europa League 1RK Maċedonja ta' Fuq FK Metalurg 1–0 1–0 2–0
2RK Polonja Piast Gliwice 2–1 2–2 3–2 (ħs)
3RK Żvezja Gefle IF 1–0 2–0 3–0
PO Ġermanja Eintracht Frankfurt 0–2 1–2 1–4

Plejers notevoli

[immodifika | immodifika s-sors]
Ażerbajġan
Ġeorġja
Maċedonja
Serbja

Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett, ara Lista ta' kowċis ta' FK Qarabağ.
  1. ^ История – это просто(RU)
  2. ^ Qol.az (ed.). ""Qarabağ" polşalılardan qisasımızı aldı". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-08. Miġbur 2013-02-27. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna) (AZ)
  3. ^ Official Qarabagh website: Club's Creation(AZ)
  4. ^ Müşfiqin "Qarabağ"dan böyük sevgisi yoxdur (AZ)
  5. ^ "QARABAĞ"A SADİQ YAŞAR HÜSEYNOV (AZ)
  6. ^ "QARABAĞ" AĞDAMIN – "QARABAĞ" AĞDAMA NƏ QƏDƏR DƏXLİ VAR?! (AZ)
  7. ^ UEFA (ed.). "Qarabağ back and hoping for more". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  8. ^ В Баку в футбольном матче Лиги Европы «Карабах» обыграл «Русенборг» (RU)
  9. ^ "Qarabağ" "Rusenborq"u diz çökdürdü (AZ)
  10. ^ APASPORT News Agency (ed.). "Qurban Qurbanov 1-ci, komandası 2-ci". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-25. Miġbur 2013-02-27. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) (AZ)
  11. ^ Карабах громит Металлург! (RU)
  12. ^ "Villa and Rapid to meet again". uefa.com. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna)
  13. ^ 1news.az (ed.). ""Карабах" победил "Вислу" в Лиге Европы". Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  14. ^ "Azərbaycan futbolunda görünməmiş hadisə Litvada gerçəkləşdi". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-25. Miġbur 2013-02-27. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  15. ^ Azerisport.com (ed.). "Не попадание Карабаха в еврокубки является трагедией". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  16. ^ Vaxt olmayan yer (AZ)
  17. ^ Ermənilərin xarabaya çevirdiyi Ağdamın «İmarət» stadionu (AZ)
  18. ^ "Caqa" ikinci dəfə lotereyada uddu (AZ)
  19. ^ PFL (2009-04-24). "Agdam club's letter addressed to Professional Football League". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-06. Miġbur 2013-02-27. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  20. ^ Doğma torpaq, qüdrətinə qurban olum! (AZ)
  21. ^ Karabakh: История (RU)
  22. ^ 1news.az (ed.). ""Карабахские скакуны" покоряют Европу, или Пара слов о матче "Карабах" – "Висла"" (bir-Russu). Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]