Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
It-Torri ta' Babel, Pieter Bruegel ix-Xiħ

Din il-paġna tagħti spjegazzjoni kif int bħala utent tista' turi lill-komunità ta' din il-wiki liema huma l-lingwi li taf titkellem u f'liema livell tinsab fihom.

Għalxiex iservu?

immodifika

Anki jekk din il-Wikipedija hi bil-Malti, mhux kulħadd hawnhekk jitkellem bl-istess lingwa. Hemm utenti li l-ilsien nattiv tagħhom mhuwiex il-Malti, li jista' jkollhom bżonn jikkuntatjaw lil xi ħadd li jitkellem l-istess lingwa tagħhom għal spjegazzjonijiet oħra, jew ma' xi ħadd li jista' jiddjaloga bil-Malti bl-użu ta' sentenzi sempliċi. Barra minn hekk, hemm utenti li jitkellmu b'lingwi oħra, u li jistgħu jkunu ta' għajnuna għall-Wikipedjani barranin, jew ikunu jistgħu jiġu kkonsultati f'każ ta' dubji rigward traduzzjoni jew komprensjoni.

Din l-inizjattiva tiffaċilita l-komunikazzjoni fil-komunità multilingwali bħall-Wikipedija: per eżempju, hu aktar sempliċi li tikkuntattja xi ħadd li jitkellem lingwa partikulari, u jgħarrafna fuq il-livell ta' għarfien tal-Malti min-naħa ta' utent reġistrat.

L-idea oriġinat fuq Wikimedia Commons u ġiet implimentata fuq Meta-Wiki u f'xi Wikipediji oħrajn.

Kif nista' nipparteċipa?

immodifika

Huwa biżżejjed li żżid fil-paġna tal-utent tiegħek il-Babelbox li hi mibnija skont dawn il-istruzzjonijiet:

  • Ibda billi tikteb {{Babel|
  • Żid wieħed mill-kodiċi li ssib iktar 'l isfel għal kull lingwa li titkellem, u bejniethom poġġi |, fejn xx huwa l-kodiċi tal-Wikipedija għal dik il-lingwa partikolari:
    • xx-1 għal kmand bażiku tal-lingwa (tifhem il-lingwa biżejjed biex tuża artiklu bħala fonti għall-kitba fil-lingwa tiegħek, jew issaqsi mistoqsijiet sempliċi)
    • xx-2 kapaċi li timmodifika artikli u tipparteċipa f'diskussjonijiet
    • xx-3 livell avvanzat u fluwenti (kapaċi tikteb artikli f'din il-lingwa mingħajr ebda diffikultà bi żbalju żgħar)
    • xx il-lingwa partikolari tkun il-lingwa omm tiegħek
  • Spiċċa kollox billi tuża': }}
Wikipedija:Babel
mt Dan l-utent jaf bil-Malti bħala lingwa nattiva .
en-2 This user is able to contribute with an intermediate level of English.
it-1 Questo utente può contribuire con un italiano di livello semplice.
Fittex il-lingwi tal-utenti

Allura, per eżempju, {{Babel|mt|en-2|it-1}} jindika xi ħadd li jitkellem il-Malti bħala l-lingwa nattiva tiegħu u li għandu wkoll konoxxenza intermedjarja tal-Ingliż u dik bażika tal-lingwa Taljana. Fuq il-paġna tal-utent tiegħek tidher it-tabella bħal din fuq in-naħa leminija.

Tista' wkoll tuża' xx-0 biex tindika li m'għandekx għarfien ta' lingwa partikulari (jew għandek diffikultajiet kbar).

Fuq Wikipedija:Babel/Lingwi issib lista kompluta ta' mudelli lingwistiċi li huma distinti skont il-kodiċi tal-lingwa. Is-suddiviżjoni tat-tliet livelli 1-bażiku, 2-intermedjarju, 3-avvanzat kien komuni f'kull proġett tal-MediaWiki. Wikis oħra żiedu wkoll il-livell 4-"kważi nattiv" (Wiktionary EN) u 5-"professjonali" (Wikipedia EN u l-proġett WiktionaryZ).

Kif taħdem?

immodifika

Barra milli turi l-Babelbox fil-paġna tal-utent, kull mudell lingwistiku li jintuża' żżidek awtomatikament fil-kategorija assoċjata mal-livell ta' komprensjoni tiegħek.

Biex issib xi ħadd li jitkellem lingwa partikulari, ikkonsulta Kategorija:Utenti skont il-lingwa‎, agħżel is-sottokategorija tal-lingwa li qed tfittex, u wara kompli billi tmur fuq il-livelli varji ta' konoxxenza. Ġeneralment, il-kodiċi ta' tnejn jew tliet ittri li jirrapreżentaw il-lingwi huma meħuda minn ISO 639. Il-lista kompluta tista' tiġi aċċessata fuq Meta-Wiki.