2015
Is-sena 2015 kienet iddikjarata mill-Ġnus Magħquda bħala s-Sena Internazzjonali tad-Dawl, u s-Sena Internazzjonali tal-Ħamrija.
Ġrajjiet
Jannar
- 1: Tidħol fis-seħħ l-Unjoni Ekonomika Ewroażjatika bejn ir-Russja, il-Belarus, l-Armenja, il-Każakistan u l-Kirgizstan. Il-Litwanja iddaħħal il-munita ewro flok il-litas.
- 3–7: Serje ta' massakri fin-Niġerja mill-Boko Haram li jeqirdu sittax -il villaġġ sħaħ u joqtlu madwar elfejn ruħ.
- 7: Attakk terroristiku minn estremisti Islamiċi fuq l-uffiċji tar-rivista satirika Franċiża Charlie Hebdo f'Pariġi, li wassal għall-qtil ta' 12 -il persuna u l-feriment ta' tnax oħra.
- 7: Bomba quddiem skola tal-pulizija fil-Jemen toqtol 38 ruħ.
- 9: F'Pariġi t-terrorista Amedy Coulibaly iżomm 20 persuna ostaġġi f'ħanut kosher u joqtol erbgħa. Coulibaly jinqatel mill-forzi speċjali u erbgħa jispiċċaw feruti. It-terroristi li qatlu lill-karikaturisti ta' Charlie Hebdo jinqatlu ukoll fl-istess ħin fejn kienu mistoħbijin.
- 10: Tifla ta' 10 snin tisplodi bi splussiv li qegħdulha l-Boko Haram u toqtol 20 ruħ f'suq fin-Niġerja.
- 10: Il-Prim Ministru Joseph Muscat iħabbar li d-data tar-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa se jsir fil-11 t’April u li hu se jivvota favur li tibqa' d-deroga fuq il-kaċċa. Ġimgħa wara, il-Kap tal-Oppożizzjoni iħabbar li se jagħmel l-istess.
- 11:Iktar minn 40 mexxej dinji immarċjaw fit-toroq ta' Pariġi b'solidarjetà mal-vittmi ta' Pariġi.
- 12: Tiġi eletta l-ewwel President mara tal-Kroazja, Kolinda Grabar Kitarović.
- 13: Papa Franġisku jibda vjaġġ ta' sitt ijiem fi Sri Lanka u l-Filippini,
- 14: Giorgio Napolitano jirriżenja minn President tar-Repubblika tal-Italja.
- 18: Madwar 6 miljun ruħ jattendu l-quddiesa tal-għeluq taż-żjara ta' Papa Franġisku fil-Filippini, l-ikbar folla miġbura f'avveniment Nisrani fl-istorja tad-dinja.
- 21: Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella jiftaħ Konsolat fil-Kuwajt.
- 22: Wara li l-grupp Al Ħuttijun ħatfu l-Palazz Presidenzjali, il-President tal-Jemen, Abd Rabbuh Mansur Hadi jirriżenja
- 25: Isiru l-elezzjonijiet parlamentari bikrin fil-Greċja. Jintrebħu mix-Xellug, immexxi minn Alexīs Tsipras.
- 27: Il-Corinthia Bab Africa Hotel, fi Tripli l-Libja, lukanda ta' ħames stilel immexxija mill-Maltin, ġiet attakkata minn terroristi affiljati mal-Istat Iżlamiku bi tpattija għall-qtil ta' Abu Anas al-Libi, membru ta' Al Qaida
- 31: Sergio Mattarella jinħatar President tar-Repubblika Taljana
F'dan ix-xahar mietu:
- 1: Mario Cuomo, eks Gvernatur ta' New York
- 4: Pino Daniele, kantawtur Naplitan
- 10: Francesco Rosi, direttur tal-films Taljan, magħruf għall-film fuq Salvatore Giuliano, fost ħafna films oħra.
- 11: Anita Ekberg, attriċi Svediża-Taljana, magħrufa għax-xena tagħha tiżfen fil-Fontana di Trevi, fil-film La Dolce Vita ta' Fellini.
- 22: Abd Allah, is-sitt Sultan tal-Għarabja Sawdija li kien ilu fuq i-tron mill-2005
- 25: Demis Roussos, kantant Grieg ta' fama internazzjonali
Frar
- 4: Il-Ġordan qatel żewġ priġunieri li kienu membri tal-Al-Qaeda bi tpattija għall-ħruq ta' pilota Ġordaniż mill-IS.
- 12: Mexxejja mir-Russja, Ukrajna, Ġermanja u Franza jilħqu ftehim fuq il-konflitt fl-Ukrajna tal-Lvant li jinkludi waqfien mill-ġlied.
- 14: Il-belt Libjana Sirte ġiet invaża minn forzi armati tal-Istat Islamiku.
- 14: Papa Franġisku jaħtar 20 Kardinal ġdid, fosthom Soane Patita Paini Mafi ta' Tonga, gżira żgħira f'nofs l-Oċean Paċifiku.
- 15: F'Kopenhagen, żewġ attentati terroristiċi f'ċentru kulturali u sinagoga, li qatlu żewġ personi u l-feriment ta' ħames pulizija.
- 15: Il-Forzi Armati Maltin għenu lill-gwardji tal-kosta Taljani biex isalvaw 1,000 immigrant fuq tnax -il dgħajsa, 110 mili 'l isfel minn Lampedusa.
- 16: L-Eġittu jattakka bl-ajru lill-Istat Islamiku fil-Libja bi tpattija għall-qtugħ ir-ras ta' għoxrin Nisrani Kopt mill-grupp terroristiku.
- 21: Il-Kurdi bl-għajnuna tal-Amerikani jieħdu lura bliet li kienu ttieħdu mill-IS.
- 22: Birdman or (The Unexpected Virtue of Ignorance) u The Grand Budapest Hotel rebħu l-ikbar numru ta' Oscars, erbgħa kull wieħed.
- 22: L-eks-ministri Nazzjonalisti Ninu Zammit u Michael Falzon jiġu sospiżi mill-Partit Nazzjonalista. Zammit kellu US$3.2 miljun fil-kont bankarju tal-HSBC fl-Iżvizzera biex jevadi t-taxxa. Falzon jgħid li kellu 465,000 Ewro f'kont f'bank Żvizzeru.
- 23: IS jaħtfu 150 Nisrani Assir minn Tal Tamr, fis-Sirja ta' fuq.
- 25: Jitħabbar li l-Arċisqof il-ġdid ta' Malta se jkun Mons. Charles Scicluna.
- 26: IS jeqirdu l-Mużew Storiku ta' Mosul; Jihadi John jiġi identifikat bħala Mohammed Emwazi, Ingliż ta' 27 sena mwieled il-Kuwajt u li trabba f'Londra u ggradwa mill-Università ta' Westminster fil-computer programming.
- 27: Inqatel Boris Nemcov, wieħed mill-politiċi oppożituri kbar tal-President Russu Vladimir Putin.
- 28: Skont Fitch Ratings, fl-2014 Malta kienet l-ekonomija li l-aktar kibret fost il-pajjiżi kollha taż-żona ewro. Din kibret b’3.4%, bir-raġuni ewlenija tkun it-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
F'dan ix-xahar mietu:
- 3: Michael Refalo, eks Ministru tal-Ġustizzja u tat-Turiżmu
- 14: Michele Ferrero, imprenditur Taljan magħruf għan-Nutella
- 27: Maria Sciberras, tabiba u pijuniera fil-ġlieda lokali kontra l-abbuż tad-droga.
- 27: Leonard Nimoy, attur Amerikan magħruf għall-parti tiegħu ta' Spock fis-serje Star Trek.
Marzu
- 2: Papa Franġisku jiltaqa' mal-isqfijiet li qed iservu lill-Knisja Kattolika fl-Afrika ta' Fuq, u rringrazzjahom għall-kuraġġ, il-lealtà u l-perseveranza tagħhom f'dan iż-żmien diffiċli. Fosthom kien hemm l-Isqof Malti Silvestru Magro, li jmexxi d-djoċesi ta' Bengażi fil-Libja.
- 5: IS jeqred il-belt antika Assira ta' Nimrud li tmur lura 1300 q.K. u s-sit arkeoloġiku tagħha għax skont l-IS ix-xbihat li kien hemm kienu sagrilegi.
- 7: Boko Haram jiddikjara alleanza mal-IS; IS jeqred il-fdalijiet tal-belt storika ta' Ħatra fl-Iraq.
- 7: Serje ta' attakki suwiċidi fin-Niġerja, joqtlu 58 ruħ u jferu iktar minn 140 ruħ.
- 9: 10 persuni mietu f'ħabta bejn żewġ helicopters fl-Arġentina. 8 minnhom kienu Franċiżi, fosthom l-atleti Florence Arthaud, Camille Muffat u Alexis Vastine.
- 10: IS jeqred monasteru Assir tas-seklu 10 ta' San Ġorġ u seminarju tal-Kaldej Kattoliċi.
- 10: Tingħalaq il-Power Station tal-Marsa.
- 11: Il-membri tal-korpi dixxiplinati u l-ħaddiema tal-Ħabs jingħatalhom id-dritt li jissieħbu f'union tal-għażla tagħhom.
- 12: Mara Maltija ta' 36 sena tinqatel mir-raġel Libjan tagħha f'San Pawl il-Baħar, li wara ħarab lejn l-Italja.
- 12: L-Islanda twaqqa' t-talba tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea.
- 13: Papa Franġisku jħabbar Ġublew Straordinarju tal-Ħniena li se jibda fit-8 ta' Diċembru 2015, 50 sena mill-għeluq tal-Konċilju, u jintemm fi Kristu Re tal-2016.
- 15: 15-il ruħ imutu u 70 jindarbu f'attakk terroristiku f'żewġ knejjes Insara fil-Pakistan
- 17: Il-partit fil-Gvern ta' Israel, il-Likud, immexxija mill-Prim Ministru Benjamin Netanyahu jirbaħ l-elezzjonijiet bikrija.
- 18: Terroristi joqtlu 24 turist fil-Bardo National Museum ta' Tuneż. L-IS tassumi r-responsabbiltà.
- 18: Il-Gvern Malti jiffirma ftehim mal-Università Queen Mary biex f’Għawdex tinfetaħ l-Universitá Medika ta’ Barts and The London School of Medicine and Dentistry, b'investiment ta' €200 miljun fil-qasam tas-Saħħa f'Malta. Fl-2008 din l-iskola kienet klassifikata bħala l-ewwel għall-kwalità fir-riċerka medika fir-Renju Unit kollu kif ukoll bħala waħda mill-akbar skejjel mediċi f’Londra.
- 19: Jinqatel f'San Blas, is-Siġġiewi, raġel Malti ta' 54 sena mdaħħal fil-każ ta' tixħim tal-Imħallef Ray Pace.
- 20: 130 ruħ maqtula f'erba' attakki suwiċidji f'moskej fil-Jemen. L-IS tassumi r-responsabbiltà.
- 21: Mons. Charles Scicluna jagħmel l-Ingress tiegħu fil-Katidral tal-Imdina u uffiċjalment jieħu l-ħatra ta' Arċisqof ta' Malta.
- 24: Germanwings Flight 9525 jikkraxxja fl-Alpi Franċiżi, u jmutu l-150 passiġġier li kien hemm abbord. Wara jsir magħruf, li dan sar intenzjonalment mill-pilota Andreas Lubitz li kien ibati b'dipressjoni.
- 27: Għoxrin ruħ, fosthom diplomatiku tan-Nazzjonijiet Magħquda, jinqatlu f'assedju f'lukanda li dam għaddej tnax -il siegħa f'lukanda f'Mogadishu, Somalja.
- 29: It-Tazza tad-Dinja tal-Cricket tintrebaħ mill-Awstralja li għelbet lil New Zealand.
- 31: Muhammadu Buhari, ta' 72 sena, jirbaħ l-elezzjonijiet fin-NIġerja.
F'dan ix-xahar mietu:
- 10: Maurice Caruana Curran, Imħallef u Fundatur ta' Din l-Art Ħelwa
- 12: Terry Pratchett, awtur Ingliż ta' rumanzi ta' fantasija, l-iktar komiċi
- 20: Malcolm Fraser, eks Prim Ministru tal-Awstralja bejn l-1975 u l-1983
- 23: Lee Kuan Yew, l-ewwel Prim Ministru ta' Singapor, li f'ġenerazzjoni waħda tella' lill-pajjiż minn wieħed tat-Tielet Dinja għall-Ewwel Dinja.
April
- 1: Il-Parlament Malti jivvota unanimament il-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru.
- 1: Il-vapur tas-sajd Russu Dalniy Vostok jegħreq u jmutu 56 ruħ.
- 2: Terroristi ta' Al-Shabaab jattakkaw l-Università ta' Garissa fil-Kenja, fejn hemm imexxi Isqof Malti, u joqtlu 140 ruħ.
- 2: Jintlaħaq ftehim preliminari bejn l-Iran u sitt pajjiżi oħra, rigward il-programm nukleari Iranjan.
- 5: Boko Haram joqtlu 50 ruħ fir-reġjun ta' Borno fin-Niġerja.
- 9: Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi jasal Malta u flimkien mal-Prim Ministru Malti jinawguraw interconnector bejn Qalet Marku, Baħar iċ-Ċagħaq f'Malta u Ragusa fi Sqallija twil 120 kilometru b'sistema ta' high voltage alternating current (HVAC) li jwassal 200MW ta' elettriku.
- 9: Negozjant fallut joqtol tlieta min-nies, fosthom maġistrat, fil-Qorti ta' Milan.
- 11: F'Malta jsir ir-referendum fuq il-kaċċa fir-rebbiegħa. B'maġġoranza ta' 2,200 vot, il-Maltin iddeċidew li din tibqa'. Fl-istess jum saru l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f'nofs il-lokalitajiet Maltin. Fihom il-Partit Laburista ġab 54% tal-voti.
- 19: Madwar 800 immigrant Afrikan imutu fil-Mediterran meta d-dgħajsa tagħhom inqalbet.
- 19: L-IS jaqtgħu r-ras ta' 30 Nisrani Etjopiku.
- 21: Il-President Eġizzjan depost Mohamed Morsi jingħata 20 sena ħabs għall-ordnijiet ta' qtil li ta fil-protesti li saru fil-pajjiż fl-2012–13.
- 21: Il-ferrovija Ġappuniża L0 Series maglev tikser ir-rekord dinji tal-veloċità u ssir l-ewwel ferrovija li tiġri iktar iktar minn 600 kilometru fis-siegħa (375 mph).
- 23: Isiru f'Malta l-funerali ta' 24 immigrant li ttellgħu mill-baħar wara t-traġedja li fiha mietu 800 immigrant.
- 23: Il-Knisja Armena tikkanonizza 1.5 miljun vittma tal-Ġenoċidju Armen mit-Torok.
- 25: Iktar minn sitt elf ruħ imutu fin-Nepal f'terremot b'saħħa ta' 7.8.
- 26: Fil-Maratona ta' Londra, il-Kenjan Eliud Kipchoge jirbaħ il-ġirja tal-irġiel u l-Etijopa Tigist Tufa tirbaħ dik tan-nisa.
- 29: Tmien persuni misjuba ħatja bi traffikar ta' droga, fosthom l-Awstraljani Andrew Chan u Myuran Sukumaran jiġu iffuċillati b'piena kapitali fl-Indoneżja.
- 30: Għaxar militanti Talibani jingħataw sentenza ta' għomorhom il-ħabs għall-attakk tagħhom fuq Malala Yousafzai fl-2012.
F'dan ix-xahar mietu:
- 2: Robert H. Schuller, awtur u televanġelista Amerikan
- 13: Günter Grass, rumanzier Ġermaniż magħruf għar-rumanz It-Tambur tal-Landa
- 19: Elio Toaff, ir-Rabbi ewlieni ta' Ruma
- 21: Paul Asciak, tenur Malti
- 29: François Michelin, negozjant Franċiż, CEO tal-Michelin.
Mejju
- 1: Tiftaħ l-Expo f'Milan, l-Italja.
- 1: Il-Ġiżwiti Maltin jopponu l-pjanijiet ta' shooting range qrib id-Dar tal-Irtiri Mount St. Joseph f'Tarġa Gap.
- 4: Il-Parlament Malti jibda jiltaqa' f'bini ġdid f'Bieb il-Belt, għall-ewwel darba mhux fil-Palazz tal-President.
- 5: Jiġi iffirmat ftehim bejn il-Gvern Malti u investituri mill-Ġordan għat-twaqqif tal-American University of Malta f'Marsascala, proġett appoġġjat mid-De Paul University ta' Chicago. Il-campus, li se jkun jiswa 115 miljun dollaru, se jkollu ħames kulleġġi b'4,000 student internazzjonali.
- 5: L-eks Ministru għal Għawdex Giovanna Debono tirriżenja mill-Partit Nazzjonalista imma tibqa' fil-Parlament, wara li żewġha tressaq fil-qorti akkużat li uża flus tal-ministeru biex jaqdi lill-kostitwenti tagħha f'xogħlijiet privati.
- 9: Ir-Russja tagħmel festi kbar biex tfakkar is-70 sena mir-rebħa tagħha fit-Tieni Gwerra Dinjija. Ħafna mill-mexxejja Ewropej jibbojkottjaw dawn il-festi.
- 9: L-eks President tal-Eġittu Hosni Mubarak jingħata 3 snin ħabs fuq korruzzjoni.
- 10: Il-mexxej Kuban jiltaqa' ma' Papa Franġisku fil-Vatikan u jirringrazzjah għas-sehem tiegħu biex jitranġaw ir-relazzjonijiet ta' Kuba mal-Istati Uniti.
- 12: Version O ta' Les Femmes d'Alger ta' Pablo Picasso tinbiegħ għal 179.3 miljun dollaru fi Christie's auction fi New York, u l-iskultura L'Homme au doigt ta' Alberto Giacometti għal 141.3 miljun dollaru, żewġ primati dinjija.
- 12: Terremot b'saħħa ta' 7.3 joqtol iktar minn 125 ruħ fin-Nepal u jferi iktar minn 2,500.
- 15: Ix-xjenzati sabu li l-ħuta pesce re żżomm it-temperatura tagħha ogħla minn dik ta' madwarha, l-ewwel ħuta li nafu li tagħmel hekk.
- 16: L-eks President tal-Eġittu Mohamed Morsi jingħata sentenza tal-mewt għas-sehem tiegħu fil-ħarba mill-ħabs Wadi el-Natrun waqt ir-Rivoluzzjoni Eġizzjana tal-2011.
- 17: Papa Franġisku jiddikjara qaddisin żewġ sorijiet Palestinjani tas-seklu 19.
- 21: Militanti tal-IS fis-Sirja jidħlu f'Palmira, sit tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, wara li ħatfu l-belt biswit il-fdalijiet tal-qedem.
- 22: Attakk suwiċida mill-IS fuq moskea tax-Xiti fl-Għarabja Sawdita joqtol 21 ruħ u jferi 80.
- 23: L-Arċisqof Oscar Romero jiġi ddikjarat Beatu f'El Salavdor wara li l-kawża tiegħu kienet ilha mwaħħla għal ħafna snin.
- 23: L-Irlanda tivvota favur żwieġ tal-istess sess, l-ewwel pajjiż li jagħmel dan b'referendum.
- 23: Måns Zelmerlöw, li irrapreżenta lill-Iżvezja bid-diska "Heroes", jirbaħ il-Eurovision Song Contest fi Vjenna, l-Awstrija.
- 24: Andrzej Duda, il-mexxej tal-Oppożizzjoni Konservattiva, elett President tal-Polonja.
- 27: Jiġu arrestati seba' uffiċjali tal-FIFA u l-kwartieri tagħha jiġu mfittxija mill-pulizija Żvizzera.
- 29: Sepp Blatter jiġi elett għall-ħames darba bħala President tal-FIFA minkejja akkużi ta' korruzzjoni.
- 29: Mewġa ta' sħana fl-Indja toqtol 1,800 ruħ.
F'dan ix-xahar mietu:
- 22: Godfrey Wettinger, storiku Malti, magħruf għas-sejba tal-Kantilena, l-ewwel kitba bil-Malti, fl-1966.
- 29: Frederick Amato-Gauci, pijunjier tad-diplomazija Maltija.
Ġunju
- 1: Il-Ministru Konrad Mizzi jagħmel stqarrija fil-Parlament dwar l-inkjesta li saret fuq il-kwistjoni tal-konkos ta' kwalità inferjuri li intuża fil-bini tal-isptar Mater Dei taħt amministrazzjoni preċedenti.
- 2: Sepp Blatter jirriżenja minn President tal-FIFA wara akkużi ta' korruzzjoni.
- 4: Iktar minn 200 ruħ imutu fi splużjoni ta' pompa tal-petrol f'Akkra, il-Ghana, li kienet qed tintuża bħala kenn għall-għargħar.
- 5: Mill-inqas 18 -il ruħ imutu fil-muntanja Kinabalu wara terremot fil-Malasja.
- 6: Papa Franġisku jżur Sarajevo fil-Bosnja Herzegovina u jappella għall-paċi.
- 7: Fl-Elezzjonijiet fit-Turkija, il-Partit tal-President Erdogan jitlef il-maġġoranza parlamentari.
- 7: Fit-tennis, il-French Open jintemm bl-Amerikana Serena Williams tirbaħ is-Singles tan-Nisa u l-Iżvizzeru Stan Wawrinka dak tal-Irġiel.
- 13: Għargħar fil-kapitali tal-Ġorġja, Tbilisi iħalli 12-il ruħ mejta u jħarrab ħafna annimali miż-zoo.
- 15: MCAST jibda joffri korsijiet tal-Masters.
- 17: 9 persuni suwed, fosthom Senatur, jinqatlu b'tiri ta' arma tan-nar sparati minn żagħżugħ abjad razzist fi Knisja Nisranija f'Charleston, South Carolina, l-Istati Uniti.
- 18: Papa Franġisku joħroġ l-enċiklika Laudato Sì, appell għall-azzjoni rigward id-degrad tal-ambjent u t-tibdil fil-klima.
- 24: Ix-xjenzati jħabbru l-iskopertà ta' fekruna bikrija li kienet tgħix 240 miljun sena ilu.
- 26: Erba' attakki terroristi Iżlamiċi: IS ħa responsabiltà għal attakk suwiċida fil-Kuwajt f'moskea Xita li qatel 27 ruħ. F'fabbrika Franċiża, raġel Franċiż qatgħulu rasu. Attakk f'beach resort f'Sousse fit-Tuneżija ħalla 40 ruħ maqtula. Fis-Somalja, Al-Shabaab qatlu 70 ruħ. Tlett ijiem qabel, wieħed mill-mexxejja IS, Abu Mohammad al-Adnani kien ħeġġeġ lill-militanti biex jattakkaw matul ir-Ramadan.
- 26: Il-Qorti Suprema Amerikana tagħraf iż-żwiġijiet kollha bejn persuni tal-istess sess.
- 27: Mewġa ta' sħana fil-Pakistan toqtol 1,200 ruħ.
- 30: Iktar minn 140 ruħ imutu meta ajruplan Lockheed C-130 Hercules jikkraxxja f'żona residenzjali f'Medan, l-Indoneżja.
F'dan ix-xahar mietu:
- 3: Horst Brandstätter, il-fundatur Ġermaniż tal-Playmobil
- 5: Tarek Ażiż, eks Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Iraq fi żmien Saddam Hussein
- 7: Christopher Lee, attur Ingliż.
- 9: James Last, kompożitur u big band leader Ġermaniż.
- 11: Ron Moody, attur Ingliż.
- 22: James Horner, kompożitur Amerikan magħruf għall-mużika tal-films Titanic, Field of Dreams, Apollo 13, Avatar, u Braveheart.
- 26: Jeremy Boissevain, antropologu Olandiż, li kien ilu iktar minn 50 sena jgħix Malta.
Lulju
- 4: Iċ-Ċilì jirbaħ il-Copa America tal-futbol. Fil-finali jirbaħ lill-Arġentina bil-penalties, 4-1.
- 5: 61% tal-Griegi jivvutaw f'referendum kontra l-ftehim rigward il-ħlas tad-djun lill-kredituri internazzjonali. Il-Prim Ministru kien ikkampanja kontra dan il-ftehim.
- 5: Il-pjan li tinbena shooting range viċin Dar tal-Irtiri tal-Ġiżwiti fil-Mosta, jisfaxxa.
- 5: Papa Franġisku jibda vjaġġ ta' ġimgħa fl-Amerika Latina: Ekwador, Bolivja u Paragwaj.
- 8: Il-President tal-Bolivja Evo Morales jirregala lill-Papa kurċifiss fuq is-simbolu Komunista tal-minġel u l-martell, xogħol Ġiżwita li kien inqatel fl-1980 mir-reġim Bolivjan.
- 12: Novak Djokovic u Serena Williams jirbħu l-Wimbledon singles titles tat-tennis.
- 13: Il-Greċja u l-kredituri Ewropej jaqblu fuq bailout ta' 86 biljun ewro għal tliet snin.
- 14: Jintlaħaq ftehem bejn il-pajjiżi tal-Kunsill tas-Sigurtà (u l-Ġermanja) u l-Iran fuq il-programm nukleari tal-Iran.
- 14: L-ispace probe New Horizons tagħmel l-ewwel flyby planetarju ma' Pluto.
- 14: Il-Gvern Malti u Huawei iffirmaw memorandum of understanding fejn il-kumpanija Ċiniża tat-telekomunikazzjoni se tagħmel testijiet tat-teknoloġija 5G f’Malta.
- 15: Oskar Groning ta' 94 sena, l-accountant ta' Auschwitz, jingħata 4 snin ħabs. Huwa kien ammetta ħtija morali.
- 16: Il-Parlament Grieg jivvota favur miżuri mitluba mill-kredituri Ewropej, fosthom bidliet fil-pensjonijiet u fit-taxxi, minkejja ribelljoni fil-partit tal-Prim Ministru Tsipras.
- 17: 120 ruħ maqtula u 130 feruti f'attakk suwiċida fil-Provinċja Diyala fl-Iraq.
- 20: L-Istati Uniti u Kuba jinstawraw mill-ġdid rapporti diplomatiċi sħaħ bejniethom wara 54 sena.
- 20: 32 maqtula u 100 feruti f'attakk suwiċida f'Suruç,Şanlıurfa, fit-Turkija fuq iż-Żgħażagħ Soċjalisti.
- 23: In-NASA tħabbar l-iskoperta ta' Kepler-452 b, il-pjaneta li s'issa l-iktar li tixbah lid-dinja, grazzi għat-teleskopju spazjali Kepler.
- 26: Mara anzjana Daniża tinstab maqtula f'Wied il-Kapuċċini, ir-Rabat Għawdex
- 31: Dan ix-xahar Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta' qgħad minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. L-aktar baxxi ta' qgħad kienu reġistrati fil-Ġermanja (4.7%), ir-Repubblika Ċeka u Malta (it-tnejn 5.1%). F'Lulju, Malta kellha wkoll it-tieni l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt l-aktar rati baxxi f'dan ir-rigward kienu osservati fil-Ġermanja (7.0%), Malta (8.7%) u l-Estonja (9.5%). F'sena, f'Malta l-qgħad naqas b'1,542 ruħ (minn Lulju 2014).
F'dan ix-xahar mietu:
- 1: Nicholas Winton, imlaqqam ix-"Schindler Ingliż" għax salva iktar minn 600 tifel – ħafna minnhom Lhud – minn taħt idejn in-Nażi. Kellu 106 snin.
- 10: Omar Sharif, attur Eġizzjan, magħruf għall-films Lawrence of Arabia u Doctor Zhivago.
- 11: Kardinal Giacomo Biffi, li kien Arċisqof ta' Bologna.
- 18: Jules Bianchi, sewwieq Franċiż tal-Formula Wieħed, disa' xhur wara inċident fil-Ġappun.
Awwissu
- 5: It-Taljani u l-Irlandiżi jsalvaw 367 ruħ minn dgħajjes bl-immigranti li nqalbu fil-Mediterran 'il barra mill-kosta Libjana. 25 ruħ imutu.
- 5: Debris misjub fuq Reunion Island fl-Oċean Indjan jinstab li hu tal-ajruplan tal-Malaysian Airlines MH370, li kien ilu nieqes minn Marzu 2014.
- 6: Bypass channel twil 35 kilometru fil-Kanal ta' Suez fl-Eġittu jinfetaħ uffiċjalment. Fih kapaċità d-doppju ta' li kellu qabel.
- 10: Studju xjentifiku juri li l-univers "qed imut ftit ftit."
- 12: Iktar minn mitt ruħ maqtula u mijiet feruti fi Tianjin iċ-Ċina wara serje ta' splużjonijiet fi stazzjon ta' container storage f'port.
- 14: Is-Segretarju tal-Istat Amerikan John Kerry jiftaħ l-Ambaxxata Amerikana f'Kuba wara nuqqas ta' 54 sena.
- 15: Il-Korea ta' Fuq tmexxi l-arloġġ nofs siegħa lura.
- 16: It-Titjira 257 ta' Trigana Air Service tikkraxxja fi Papua, Indoneżja, u toqtol 54 passiġġier u l-ekwipaġġ. Fuq l-ajruplan kien hemm kważi nofs miljun dollaru għall-foqra.
- 16: Folol kbar jinġabru fil-Brażil jipprotestaw kontra l-President Dilma Rousseff wara skandli ta' tixħim u korruzzjoni.
- 17: Splużjoni ta' bomba f'Bangkok, Tajlandja, toqtol 23 ruħ u tferi iktar minn 120.
- 17: Mewġa ta' sħana fil-Lvant Nofsani toqtol 100 ruħ fl-Eġittu.
- 17: Tifla ta' 11-il sena, bint Gastroenteroloġista, minn Birkirkara tegħreq fi xmara f'Salzburg, l-Awstrija.
- 19: Militanti ta' IS jaqtgħu ras studjuż tal-antikitajiet, Khaled Asaad, ta' 82 sena, li kien ilu 50 sena bħala kap tal-antikitajiet f'Palmyra.
- 20: Il-Prim Ministru iħabbar li l-Università ġdida, l-American University of Malta, proġett appoġġjat mid-De Paul University ta' Chicago, se jkun biċċa fiż-Żonqor Point, Wied il-Għajn, u biċċa oħra fil-Kottonera.
- 22: 11-il ruħ imutu meta Hawker Hunter jikkraxxja fi triq waqt airshow f'Shoreham-by-Sea, l-Ingilterra.
- 23: IS jeqirdu t-Tempju ta' Baalxamin f'Palmira fis-Sirja.
- 25: Żewġ dgħajjes bl-immigranti jinqalbu barra l-kosta ta' Żawra, fil-Libja, b'mijiet minnhom imutu. Fl-Awstrija, il-pulizija ssib sebgħin refuġjat mejta fgati fi trakk.
- 28: Għargħar u valangi tat-tajn ikkawżati mit-tempesta tropikali Erika toqtol mill-inqas 30 ruħ f'Dominica fil-Lesser Antilles.
- 29: It-Turkija tibda l-ewwel attakki mill-ajru tagħha fuq IS fis-Sirja.
Settembru
- 1: L-awtoritajiet Ungeriżi jagħqlu l-istazzjon tal-ferrovija ta' Budapest biex ma jħallux l-immigranti jaqbdu l-ferrovija għall-kapitali oħrajn Ewropej. Eluf ta' immigranti jaslu fil-Ġermanja u l-pulizija jilqgħuhom b'ikel, ilma u għajnuna medika. 11,000 ruħ mill-Iżlanda joffru djarhom għall-immigranti.
- 1: Papa Franġisku jagħti fakultà lis-saċerdoti kollha li jagħtu assoluzzjoni lin-nisa li jagħmlu abort fis-Sena Ġubilari tal-Ħniena.
- 2: Jiġi ppubblikat ir-ritratt ta' Alan Kurdi, tifel ta' 3 snin, immigrant Tork, b'wiċċu mal-art, mejjet fuq ix-xatt. Ritratt li jqajjem furur kbir u reazzjoni internazzjonali.
- 2: Studju juri li 15-il biljun siġra jinqerdu kull sena, ħafna drabi tort tal-bniedem.
- 3: Il-President lemini tal-Gwatemala Otto Pérez Molina jiġi arrestat wara li irriżenja fost akkużi ta' frodi.
- 4: Imut l-iqsar raġel tad-dinja, Chandra Bahadur Dangi min-Nepal. Kien "twil" 21 pulzier u nofs.
- 5: Madwar 6,500 immigrant – ħafna minnhom mis-Sirja, l-Iraq, u l-Afganistan –jaslu fi Vjenna. Ġew mill-Ungerija bil-karozza tal-linja, bil-ferrovija jew bil-mixi. 450 jaslu fi Munich fil-Ġermanja.
- 6: Papa Franġisku jitlob lill-komunitajiet Kattoliċi madwar id-dinja biex jaddottaw familja ta' refuġjati.
- 7: Mijiet ta' immigranti, li xebgħu jistennew it-trasport imwiegħed, qabżu l-fruntiera mis-Serbja għall-Ungerija, bil-pulizija ma jistgħux iżommuhom u qabdu t-triq lejn Budapest. Il-Ministru tad-Difiża Ungeriż jirriżenja.
- 7: Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat juri ruħu favur tibdil propost fil-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Embrijun, li fost oħrajn jista’ jintroduċi l-iffriżar tal-embrijuni fil-ġuf flimkien mad-donazzjoni tal-bajda tal-mara u ż-żerriegħa tar-raġel.
- 8: Papa Franġisku iħabbar riformi li bihom se ssir iktar faċli li ż-żwieġ Kattoliku jiġi ddikjarat null.
- 8: Wayne Rooney isir l-iktar plejer tal-futbol li jiskurja għat-tim nazzjonali Ingliż, b'gowl kontra l-Isvizzera f'logħba ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Euro 2016.
- 9: Ir-Reġina Eliżabetta II ssir l-iktar monarka li ilha tirrenja fl-Ingilterra wara li qabżet lill-buż-bużnanna tagħha r-Reġina Vittorja, iktar minn 63 sena u 216-il jum.
Anniversarji
Ċentinarji
1115
Frar:
- 13: Titwaqqaf l-Abbazija ta' Clairvaux minn San Bernard.
1215
Marzu:
- 4: Ir-Re John tal-Ingilterra jaħlef lil Papa Innoċenz III li jieħu sehem fil-kruċjati.
1415
Marzu
- 10: Twieled Bażilju II tar-Russja
Lulju
- 4: Papa Girgor XII jiftaħ il-Konċilju ta' Constance u wara jabdika. L-aħħar Papa li irriżenja qabel Papa Benedittu XVI fl-2013.
- 6: Jan Hus, qassis u filosfu Ċek, jinħaraq mill-Knisja f'Kostanz bħala eretiku.
Awwissu
- Il-Portugal jirbħu l-belt ta' Ceuta mingħand il-Mori, u hekk jibdew l-Imperu Portugiż u l-kolonjaliżmu Ewropew.
1515
Jannar:
- 1: Imut ir-Re Lwiġi XII ta' Franza.
- 25: Franġisku I inkurunat Re ta' Franza.
Marzu:
- 28: Titwieled Santa Tereża ta' Avila
Awwissu:
- 25: Il-conquistador Diego Velázquez de Cuéllar iwaqqaf Havana, Kuba.
1615
Jannar:
- 31: Miet Claudio Acquaviva, Superjur tal-Ġiżwiti, imsejjaħ it-Tieni Fundatur.
Marzu:
- 10: John Ogilvie, qassis Kattoliku jingħata t-tgħalliq fl-Iskozja
- 13: Jitwieled Papa Innoċenz XII
April:
- 21: Jiġi inawgurat l-Akwedott ta' Wignacourt f'Malta
1715
Jannar:
- 10: Twieled Christian August Crusius, filosfu Ġermaniż.
Frar:
26: Twieled Claude Adrien Helvétius, filosfu Franċiż.
1815
Jannar:
- 3: L-Awstrija, il-Brittanja, u Franza jiffurmaw alleanza sigrieta kontra l-Prussja u r-Russja.
- 8: Il-Battalja ta' New Orleans: Il-forzi Amerikani taħt il-Ġeneral Andrew Jackson jirbħu lill-Ingliżi fl-aħħar battalja kbira ta' gwerra li kienet ilha sejra sa mill-1812.
- 11: Twieled John A. Macdonald, l-ewwel Prim Ministru tal-Kanada u Missier il-Konfederazzjoni.
Frar:
- 3: Titwaqqaf l-ewwel fabbrika kummerċjali tal-ġobon fl-Iżvizzera.
- 15: Twieled Constantin von Tischendorf, studjuż tal-Bibbja Ġermaniż.
- 17: Tibda r-rikonkwista Spanjola tal-Amerika Latina.
- 18: Tintemm il-Gwerra tal-1812 bejn l-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit bit-Trattat ta' Ghent f'Washington, D.C..
- 24: Miet Robert Fulton, inventur Amerikan tal-ewwel steamboat.
- 26: Napuljun Bonaparte jaħrab minn Elba.
Marzu:
- 1: Napuljun jirritorna Franza wara li kien eżiljat f'Elba
- 15: Joachim Murat, Re ta' Napli jiddikjara gwerra fuq l-Awstrija biex jipprova jsalva t-tron, u hekk jibda l-Gwerra Naplitana.
- 16: William I isir Re tal-Olanda.
- 18: L-aħħar Re ta' Ceylon jiġi depost u hekk il-pajjiż isir kolonja Ingliża.
- 20: Napuljun jidħol Pariġi wara li ħarab minn Elba u jibda t-tmexxija "tal-Mitt Jum".
April:
- 1: Jitwieled Otto von Bismarck.
- 5–12: Mount Tambora fid-Dutch East Indies tiżbroffa, u toqtol iktar minn 92,000 ruħ, u titfa' tunnellati ta' aaerosols (Sulfide gas compounds) fl-istratosfera u twassal għas-Sena bla Sajf.
- 23: Is-Serbi iqumu kontra l-Ottomani. Sal-aħħar tas-sena, is-Serbja ssir stat semi-independenti.
Mejju:
- 3: Il-Battalja ta' Tolentino: L-Awstrija tirbaħ lir-Renju ta' Napli. Gioacchino Murat, li kien Re ta' Napli jkollu jaħrab lejn Korsika u iktar tard jinqatel.
Ġunju:
- 9: Jiġi ffirmat l-Att Finali tal-Kungress ta' Vjenna. Tinħoloq il-Konfederazzjoni Ġermaniża u l-Kungress tal-Polonja u n-newtralità tal-Isvizzera tiġi ggarantita. Il-Lussemburgu jiddikjara l-indipendenza mill-Imperu Franċiż.
- 16: Il-Battalja ta' Ligny: Napuljun jirbaħ armata tal-Prussja taħt Gebhard Leberecht von Blücher.
- 18: Il-Battalja ta' Waterloo: Arthur Wellesley, 1st Duke of Wellington u Gebhard Leberecht von Blücher jirbħu lil Napuljun.
- 22: Napuljun jerġa' jabdika.
Lulju:
- 8: Lwiġi XVIII jirritorna Pariġi, u jiġi restrawrat bħala Re ta' Franza.
- 15: Napoleon jitla' fuq HMS Bellerophon u joqgħod taħt Captain Frederick Lewis Maitland tal-Flotta Irjali.
Awwissu
- 16: Jitwieled San Ġwann Bosco
Settembru:
L-Awstrija, il-Prussja u r-Russja jiffirmaw Alleanza Qaddisa biex iżommu l-istatus quo fl-Ewropa.
- 23: The Great September Gale ikun l-ewwel urugan fi New England f'180 sena.
1915
- Is-sensiela Kotba tal-Mogħdija taż-Żmien ta' Alfons Maria Galea tasal fi tmiemha wara l-pubblikazzjoni ta' 150 volum.
Jannar:
- 12: Il-Parlament Amerikan jirrifjuta l-vot għan-nisa.
- 13: Kważi 30,000 imutu f'terremot f'Avezzano, l-Italja
- 22: Dom Mawru Caruana isir Isqof ta' Malta. Fl-ewwel ittra pastorali tiegħu, l-Arċisqof Mauro Caruana juża, barra t-Taljan, anki l-Malti; dan il-ġest qajjem protesti kbar.
- 31: Il-Ġermanja tuża għall-ewwel darba l-gass velenuż fuq skala kbira, kontra r-Russi, fil-Polonja
- 31: Jitwieled Thomas Merton, patri Trappista tal-Abbazija ta' Gethsemani, Kentucky, fl-Istati Uniti. Kien poeta u kittieb, attivista soċjali u promotur tad-djalogu bejn ir-reliġjonijiet. L-awtobijografija tiegħu The Seven Storey Mountain (1948), ġiegħlet għexieren ta' veterans tat-Tieni Gwerra Dinjija, studenti, u żgħażagħ imorru jgħixu fil-monasteri madwar l-Istati Uniti.
Frar:
- 8: Joħroġ il-film kontroversjali The Birth of a Nation
- 20: Tiftaħ il-Panama–Pacific International Exposition
- 27: Sir Arthur Conan Doyle joħroġ l-aħħar ktieb ta' Sherlock Holmes, "The Valley of Fear"
Marzu - Ottubru: Il-Kastig tal-Ġurati fil-Palestina
- 19 ta' Marzu: Jittieħed l-ewwel ritratt ta' Pluto
April:
- 11: Joħroġ il-film ta' Charlie Chaplin The Tramp
- 23: Imut Rupert Brooke, poeta Ingliż
- 24: Jibda l-Ġenoċidju Armen mit-Torok
- 25: Tibda l-kampanja ta' Gallipoli li damet sa Jannar 1916
- 26: It-Trattat ta' Londra. L-Italja tingħaqad mal-Ingilterra, Franza u r-Russja, u tħalli lill-Ġermanja u l-Awstro-Ungerija.
Mejju:
- 3: Is-suldat Kanadiż John McCrae jikteb il-poeżija "In Flanders Fields"
- 6: Jitwieled Orson Welles, direttur tal-films Amerikan
- 7: U-Boat Ġermaniża tgħerreq vapur Ingliż b'1,200 nies ċivili fuqu
- 12: Jitwieled Frere Roger ta' Taize
- 15: Jitwieled Mario Monicelli, direttur tal-films Taljan
- 24: L-Italja tiddikjara gwerra lill-Awstrija u tidħol fil-Gwerra l-Kbira.
Ġunju:
- 5: In-nies jirbħu d-dritt tal-vot fid-Danimarka u l-Iżlanda
- 12: Jitwieled David Rockefeller, bankier u filantropu Amerikan
Lulju:
- 24: 845 ruħ imutu meta għereq il-vapur Eastland f'Chicago
- 28: L-Istati Uniti tokkupa l-Haiti, okkupazzjoni li ddum 19-il sena.
Awwissu:
- 15: Il-Ġappun jidħol fi gwerra kontra l-Ġermanja.
- 21: L-Italja tidħol fi gwerra kontra t-Turkija.
Ottubru:
Joħroġ fil-Ġermanja r-rumanz ta' Franz Kafka, "Il-Metamorfożi" ("Die Verwandlung")
- 3: Imut il-Malti Napuljun Tagliaferro, matematiku, arkeologu u awtur ta' kotba dwar l-ilsien Malti. Ftit qabel kien ħareġ "L'Elemento Neo-Latino nel Lessico Maltese", studju lingwistiku biex jikkumbatti t-tendenzi puristiċi.
- 14: Jitwieled il-Kardinal Loris Capovilla, Segretarju ta' Papa Ġwanni XXIII
- 15: L-Awstro-Ungerija u l-Bulgarija jinvadu s-Serbja.
- 16: Franza tiddikjara gwerra kontra l-Bulgarija. Tlett ijiem wara l-Italja u r-Russja jagħmlu l-istess.
- 25: L-ewwel avukat Amerikana Indjana tipprattika fil-Qorti Suprema
Novembru:
- 25: Albert Einstein jifformula t-Teorija tar-Relattività
- 25: Jitwieled Augusto Pinochet, dittatur taċ-Ċili
Diċembru:
- 12: Il-President tar-Repubblika taċ-Ċina Yuan Shikai jiddikjara lilu nnifsu Imperatur
- 12: Jitwieled Frank Sinatra, kantant Amerikan
- 19: Titwieled Edith Piaf, kantanta Franċiża
- 25: Forzi Ingliżi u Ġermaniżi joħorġu mit-trenches tagħhom, jieqfu mill-ġlied u jilagħbu futbol flimkien
50 sena ilu
1965
Jannar
- 2: Il-Ġeneral Mobuto jitka' fil-poter fil-Kongo
- 4: Imut T. S. Eliot, awtur imwieled l-Amerika.
- 24: Imut Winston Churchill, Prim Ministru Ingliż.
- Titwaqqaf il-PLO, l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina
- Vjetnam – l-ewwel bumbardamenti Amerikani.
Frar
- 15: – Il-Kanada tibdel il-bandiera tagħha
- 18: – L-Indipendenza tal-Gambja
- 21: – Stati Uniti tal-Amerika: jinqatel Malcolm X, mexxej tal-Black Muslims.
- 23: Imut Stan Laurel, l-attur Amerikan ta' Laurel and Hardy.
Marzu
- L-IStati Uniti tal-Amerika tibgħat l-ewwel truppi fil-Vjetnam.
April
- 5: My Fair Lady jirbaħ 8 Oscars, fosthom Best Picture u Best Director. Rex Harrison jirbaħ Oscar għal Best Actor. Mary Poppins jirbaħ 5 Oscars. Julie Andrews tirbaħ Oscar għal Best Actress. Sherman Brothers jirbħu 2 Oscars fosthom il-Best Song, "Chim Chim Cher-ee".
- 6: L-ewwel satellita kummerċjali Early Bird fl-ispazju għat-telekomunikazzjonijiet
Mejju
- 12: Il-Ġermanja tal-Punent u Israel jistabilixxu relazzjonijiet diplomatiċi.
Ġunju
- 13: Imut Martin Buber, filosfu Awstrijaku-Lhudi.
- 19 – Alġerija: Kolp ta' Stat kontra l-President Ben Bella. Minfloku jieħu l-poter il-Ġeneral Houari Boumedienne.
Lulju
- 14: Il-Mariner 4 tasal għall-ewwel darba f'Marte: u tibgħat lejn id-dinja 21 ritratt tal-pjaneta
- 16: Jiġi inawgurat it-Traforo del Monte Bianco mill-Presidenti tal-Italja u ta' Franza
- 31: Titwieled J. K. Rowling, awtriċi Ingliża ta' suċċess.
Awwissu
- 1: L-Ingilterra ma tħallix iktar riklami tas-sigaretti fuq it-televixin
- 6: Lyndon Johnson jiffirmu l-Voting Rights fl-Istati Uniti
- 6: Toħroġ "Help!" tal-Beatles
- 9: Singapor isir indipendenti.
Settembru
- Il-President Franċiż Charles De Gaulle iħabbar li Franza kienet se toħroġ min-NATO.
- 4: Imut Albert Schweitzer, tabib u missjunarju.
- 11: Jitwieled Bashar al Assad, President tas-Sirja.
- 14: Tinfetaħ ir-raba' u l-aħħar fażi tal-Konċilju Vatikan II.
- 25: Tibda tixxandar fuq CBS is-sensiela Tom and Jerry.
Ottubru
- 3: Che Guevara jirriżenja mill-Gvern ta' Kuba u jitlaq mill-pajjiż.
- 4: Papa Pawlu VI jitkellem fin-Nazzjonijiet Magħquda, fuq il-ħtieġa tal-paċi.
Novembru
- Tibda r-Rivoluzzjoni Kulturali Ċiniża minn Mao Tse Tung.
- 11 – Żimbabwe – Il-Prim Ministru Ian Smith jiffirma l-UDI (Unilateral Declaration of Indipendence) tar-Rodeżja.
Diċembru
- 8: Jingħalaq il-Konċilju Vatikan II (li kien fetaħ fil-11 ta' Ottobru 1962).
- 19: Charles de Gaulle eletto President ta' Franza
- 30 – Filippini: Ferdinand Marcos isir President.