Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Al-Fatiħa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Reġistrazzjoni tar-reċitazzjoni tal-Ftiħa.
Kopja tal-Koran miktuba minn Għażiż Afendi 1932.

Fl-Islam, il-Fatiħa hija sura (kapitlu tal-Koran) fil-bidu tal-Koran. Bl-Għarbi tissejjaħ sura l-Fatiħa (Għarbi: سُورَةُ ٱلفَاتِحَة‎, rum. Sūraẗu l-Fātiħah, "Kapitlu li Jiftaħ") u hija l-ewwel sura tal-Koran. Is-seba' ajiet (versi) fiha huma talba lil Alla għall-gwida u l-ħniena, u jenfassizzaw il-Kobor u r-Reħma (il-Ħniena) Tiegħu.[1] Dan is-sura għandu rwol ewlieni fis-sala (talba obbligatorja ta' kuljum); skont xi wħud, il-Misilmin għandhom jgħidu s-sura l-Fatiħa 17-il darba kull jum fil-fard (obbligatorju) salwiet, fil-bidu ta' kull rakgħa (taqsima) tas-sala. Fl-Islam, is-sura l-Fatiħa għandha post bħall-Missierna fil-Kristjaneżmu: it-tnejn għandhom bħala għan il-konnesjoni ma' Alla, u jindirizzaw suġġetti simili ta' sinċerità, rispett, imħabba, gwida, ħafra u l-qima ta' Alla.

Is-sura l-Fatiħa hija rrakkuntata fil-Ħadit li kienet maqsuma f’żewġ nofsijiet bejn Alla u l-qaddej Tiegħu (il-persuna li tirreċita), l-ewwel tliet versi jkunu nofsu u l-aħħar tlieta jkunu tal-qaddej.[2] Hemm nuqqas ta' qbil dwar jekk il-Bismilla (b'isem Alla) mil-ewwel vers tas-sura, jew saħansitra vers fl-ewwel post.[3] Is-sura jibda billi jfaħħar lil Alla bil-frażi Alħamdulilla (it-tifħir kollu lil Alla), u jiddikjara Alla bħala r-Rabb (Mulej), li għandu awtorità sħiħa fuq il-ħolqien kollu (vers 1/2),[4] li Huwa r-Reħman ir-Raħim jew il-Ħnien il-Ħanin (vers 2/3), [5] u li Huwa l-verù re jew sid tal-Jum il-Ġudizzju (vers 3/4).[6]

Test bl-Għarbi, trażlitterazzjoni u traduzzjoni bil-Malti

[immodifika | immodifika s-sors]

1. بِسْمِ اللّهِ الرَّحْمَٰنِ الرَّحِيم
2. الْحَمْدُ للّهِ رَبِّ الْعَالَمِين
3. الرَّحمـنِ الرَّحِيم
4. مَـالِكِ يَوْمِ الدِّين
5. إِيَّاك نَعْبُدُ وإِيَّاكَ نَسْتَعِين
6. اهدِنَــــا الصِّرَاطَ المُستَقِيم
7. صِرَاطَ الَّذِينَ أَنعَمتَ عَلَيهِمْ غَيرِ المَغضُوبِ عَلَيهِمْ وَلاَ الضَّآلِّين


1. Bismillāhi r-Raħmāni r-Raħīm
2. Alħamdu li-Llāhi Rabbi l-għālamīn
3. Ar-Raħmāni r-Raħīm
4. Māliki jawmi d-dīn
5. Ijjāka nagħbudu wa ijjāka nastagħīn
6. Ihdina ṣ-ṣirāta l-mustaqīm
7. Ṣirāta l-ladīna angħamta għalajhim għajri l-magħḍūbi għalajhim wa la ḍ-ḍāllīn


1. B'isem Alla il-Ħnien, il-Ħanin.
2. It-tifħir lil Alla, Mulej tal-universi.
3. Il-Ħnien, il-Ħanin.
4. Sid ta' Jum il-Ġudizzju.
5. Int nagħbdu (inqimu) u Int nitolbu l-għajnuna.
6. Imexxina t-triq id-dritta.
7. Triq ta' dawk li tajt [il-grazzja Tiegħek] għalihom, għajr il-magħdub għalihom (ta’ dawk li rrevokaw il-Għadab Tiegħek) u l-mitlufin.

Il-fehma l-aktar aċċettata b'mod komuni dwar l-oriġini tas-sura hija l-fehma ta' Iben Għabbas, fost oħrajn, lil-Fatiha hija sura tal-Mekka, għalkemm xi wħud jemmnu li hija jew sura tal-Medina jew ġiet żvelata kemm fil-Mekka kif ukoll fil-Medina.[7] Ħafna narraturi rreġistraw lil-Fatiħa kien l-ewwel sura kompluta żvelata lil Muħammad.[8]

L-isem il-Fatiha ("il-Ftuħ") jista' jirreferi għas-sura li huwa l-ewwel fil-Musħaf, l-ewwel li jingħad f'kull rakgħa tas-sala, jew għall-mod kif jintuża f'ħafna tradizzjonijiet Iżlamiċi bħala talb tal-bidu. Il-kelma nnifisha ġejja mill-għerq f-t-ħ (ف ت ح), li tfisser "li tiftaħ, tispjega, tiżvela , tirbħu", eċċ.[8][9] Il-Fatiħa hija magħrufa wkoll b'diversi ismijiet oħra, bħal Il-Ħamd (It-Tifħir), Is-Sala (Il-Qima), Omm il-Ktieb, Omm il-Quran,[10] Sab'a min al-Mathani (Seba' minn ir-Ripetuti, mill-Koran Mudell:Qref),[11] u x-Xifa (Il-Kura).[12][13]

Benefiċċji u virtujiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Misilmin jattribwixxu sinifikat speċjali lil xi suriet għall-virtujiet u l-benefiċċji tagħhom (فَضَائِل, rum. faḍā’il) deskritti fil-Ħadit. L-aċċettazzjoni tal-Ħadit differenti tvarja bejn Misilmin Sunni u Xigħi, u hemm varjetà ta' termini biex jikklassifikaw il-livelli differenti ta' awtentiċità kkonfermata ta' Ħadit. Madankollu, kemm is-Sunnin kif ukoll ix-Xigħin jemmnu lil-Fatiħa hija waħda mill-akbar suriet fil-Koran, u x-xifa (il-kura) għal diversi mard u veleni, kemm spiritwali kif ukoll mentali.[13]

  1. ^ Mubarakpuri, Safiur Rahman (2000). Tafsir Iben Katir (10 Volumi; Imqassar). Darussalam. ISBN 9781591440208.
  2. ^ Iben il-Ħaġġaġ, Abu l-Ħusejn Muslim (2007). Sħiħ Muslim - 7 Volumi. 1. Darussalam. pp. 501–503. ISBN 978-9960991900.
  3. ^ Mubarakpuri, Safiur Rahman (2000). Tafsir Iben Katir (10 Volumi; Imqassar). Darussalam. p. 25. ISBN 9781591440208. [L-istudjużi] ma jaqblux dwar jekk [B] separat aja qabel kull sura, jew jekk hija aja, jew parti minn aja, inkluża f'kull sura fejn jidher il-Bismilla fil-bidu tiegħu. [...] L-opinjoni li Bismilla hija aja ta' kull sura, ħlief it-Tewba, ġiet attribwita li (is-Sħab) Iben Għabbas, Iben Għumar, Iben iż-Żubajr, Abu Hurajra u Għali. Din l-opinjoni ġiet attribwita wkoll lit-Tabigħin Għata, Tawus, Sagħid bin Ġubajr, Maħul u ż-Żuhri. Din hija wkoll il-fehma ta' Għabdilla bin il-Mubarak, Ix-Xafigħi, Aħmad bin Hanbal, (f'rapport wieħed minnu) Isħaq bin Rahwajh, u Abu Għubajd il-Qasim bin Salam. Min-naħa l-oħra, Malik, Abu Hanifa u s-segwaċi tagħhom qalu li Bismilla mhix aja fil-Fatiħa jew xi sura oħra. Dawud qal li hija aja separata fil-bidu ta' kull sura, mhux parti mis-sura innifsu, u din l-opinjoni ġiet attribwita wkoll lil Aħmad bin Hanbal. Malik, Abu Hanifa u s-segwaċi tagħhom qalu li Bismilla mhix aja fil-Fatiħa jew kwalunkwe sura oħra. Dawud qal li hija aja separata fil-bidu ta' kull sura, mhux parti mis-sura nnifisha, u din l-opinjoni ġiet attribwita wkoll lil Aħmad bin Hanbal.
  4. ^ Mubarakpuri, Safiur Rahman (2000). Tafsir Iben Katir (10 Volumi; Imqassar). Darussalam. pp. 33–37. ISBN 9781591440208.
  5. ^ Mubarakpuri, Safiur Rahman (2000). Tafsir Iben Katir (10 Volumi; Imqassar). Darussalam. pp. 30–33, 37. ISBN 9781591440208.
  6. ^ Mubarakpuri, Safiur Rahman (2000). Tafsir Iben Katir (10 Volumi; Imqassar). Darussalam. pp. 39–42. ISBN 9781591440208.
  7. ^ Aħmad, Mirża Bahir id-Din (1988). The Quran with English Translation and Commentary. Islam International Publications Ltd. p. 1. ISBN 1-85372-045-3.
  8. ^ a b Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem Maududi.
  9. ^ Joseph E. B. Lumbard "Commentary on Sūrat al-Fātiḥah", The Study of the Quran. ed. Seyyed Hossein Nasr, Caner Dagli, Maria Dakake, Joseph Lumbard, Muhammad Rustom (San Francisco: Harper One, 2015), p. 3.
  10. ^ Mudell:Qtaf
  11. ^ Abu l-Qasim il-Khoei. Il-Bajan Fi Tafsir il-Quran. p. 446.
  12. ^ Joseph E. B. Lumbard, "Introduction to Sūrat al-Fātiḥah", The Study of the Quran. ed. Seyyed Hossein Nasr, Caner Dagli, Maria Dakake, Joseph Lumbard, Muhammad Rustom (San Francisco: Harper One, 2015), p. 3.
  13. ^ a b Mubarakpuri, Safiur Rahman (2000). Tafsir Iben Katir (10 Volumi; Imqassar). Darussalam. pp. 7–8. ISBN 9781591440208.