De facto
Dan l-artiklu dwar il-liġi huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu dwar il-lingwistika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
De facto hija espressjoni bil-Latin li tfisser "fil-fatt". Fil-ġurisdizzjoni, hi maħsuba li tfisser "fil-prattika imma mhux neċessarjament imposta mil-liġi" jew "fil-prattika jew fir-realtà, imma mhux stabbilita b'mod uffiċjali". Din hija l-oppost tal-espressjoni de jure (li tfisser "skont il-liġi") meta tiġi riferuta għal affarijiet dwar il-liġi, il-governanza, jew teknika (bħal m'huma l-istandards) li jinstabu fl-esperjenza komuni kif maħluqa jew żviluppata mingħajr jew bil-kontra ta' regolament.
Sitwazzjoni de facto tkun dik li fir-realtà teżisti imma li ma ġietx rikonoxxuta formalment, jew permezz tal-mekkaniżmi legali attwali jew mill-awtorità kompetenti. Per eżempju, persuna jista' jkollha kariga de facto mingħajr ma din il-kariga jkollha rikonoxximent formali mill-awtorità approprjata jew kuntratt tax-xogħol. Pajjiż jista' jkun indipendenti de facto, mingħajr ma jkollu għarfien formali mill-Ġnus Magħquda jew minn pajjiżi oħra. F'ċerti pajjiżi relazzjoni domestika (poġġuti) huwa żwieġ de facto f'kull aspett tal-ħajja soċjali, però mingħajr ir-rikonoxximent legali taż-żwieġ.