Hakan Yakın
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 22 ta' Frar 1977 Bażel, Żvizzera | ||
Tul | 1.80 m | ||
Rwol | Midfilder offensiv | ||
Mixtliet | |||
1984–1994 | Concordia Basel | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1995–1997 | Basel | ||
1997 | Grasshopper | ||
1998 | St. Gallen | ||
1999–2000 | Grasshopper | ||
2001–2003 | Basel | ||
2004 | VfB Stuttgart | ||
2005 | → Galatasaray (self) | ||
2005–2008 | Young Boys | ||
2008–2009 | Al-Gharafa | ||
2009–2011 | Luzern | ||
2012–2013 | Bellinzona | ||
Tim nazzjonali | |||
2000–2011 | Żvizzera |
Hakan Yakın (twieled fit-22 ta' Frar 1977) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru li lagħab bħala midfilder. Rinomat għat-teknika, il-viżjoni u l-passaġġi tiegħu hu fforma parti mit-tim nazzjonali Żvizzeru għal ħdax-il sena.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Il-karriera ta' Hakan kienet oskurata minn problemi fuq trasferimenti ma' klabbs oħra barra l-Iżvizzera, hekk kif ma' timijiet bħal Paris Saint-Germain,[1][2] VfB Stuttgart[3] u Galatasaray[4] ftit li xejn kellu fortuna.
Lura fl-Iżvizzera wara l-esperjenzi qarsa barra minn pajjiżu, hu ngħaqad ma' BSC Young Boys fl-2005. Magħhom irnexxielu jikseb post regulari, qabel ma f'Lulju 2008 issieħeb maċ-ċampjins tal-Qatar, Al-Gharafa, għal salarju ta' €2.5 miljun fis-sena. Magħhom rebaħ il-kampjonat nazzjonali, sakemm f'Ġunju tal-2009 reġa' lura l-Iżvizzera, din id-darba ma' FC Lucerne fejn iffirma kuntratt sat-30 ta' Ġunju, 2011.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Hakan lagħab iktar minn 80 darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru. Qabel ma beda jilgħab mat-tim Żvizzeru, lil Hakan kienet ġiet offruta nazzjonalità Torka, offerta li hu m'aċċettax għal raġunijiet personali. Hu ħa sehem f'numru ta' manifestazzjonijiet importanti fosthom fil-Kampjonati Ewropej tal-2004 u l-2008, u fit-Tazza tad-Dinja tal-2006 u l-2010.
Kien fl-Euro 2008 li Yakin tassew impressjona, fejn minkejja li pajjiżu safa eliminat fl-ewwel tappa, hu spiċċa bħala t-tieni l-aqwa skorer tal-kampjonat bi tliet gowls, wara David Villa. Kien hu li skorja l-ewwel gowl tal-Iżvizzeri fil-fażi finali ta' din il-kompetizzjoni kontra t-Turkija fi Grupp A.[5] Fl-aħħħar logħba mill-fażi tal-gruppi kontra l-Portugall, Yakin skorja darbtejn biex assigura l-ewwel rebħa fil-Kampjonati Ewropej għall-Iżvizzera.[6]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "PSG complete Yakin swoop" (bl-Ingliż). UEFA.com. 2003-07-31. Miġbur 2008-04-12.
- ^ "Basel boosted by Yakin return" (bl-Ingliż). UEFA.com. 2003-08-30. Miġbur 2008-04-12.
- ^ "Yakin follows Streller to Stuttgart" (bl-Ingliż). UEFA.com. 2004-02-02. Miġbur 2008-04-12.
- ^ "Galatasaray give Yakin a go" (bl-Ingliż). UEFA.com. 2005-01-26. Miġbur 2008-04-12.
- ^ "Rapport ta' Żvizzera vs Turkija". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-22. Miġbur 2010-09-05.
- ^ "Rapport ta' Żvizzera vs Portugall". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-07-09. Miġbur 2010-09-05.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Hakan Yakın fuq National-Football-Teams.com
- Nies ħajjin
- Twieldu fl-1977
- Futbolers Żvizzeri
- Plejers ta' FC Basel
- Plejers ta' FC St. Gallen
- Plejers ta' Grasshopper-Club Zürich
- Plejers ta' Galatasaray SK
- Plejers ta' Paris Saint-Germain FC
- Plejers ta' VfB Stuttgart
- Plejers ta' BSC Young Boys
- Plejers ta' FC Lucerne
- Plejers ta' AC Bellinzona
- Plejers tal-Fußball-Bundesliga
- Plejers tas-Süper Lig