Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Hirohito

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Hirohito
124. Emperor of Japan (en) Translate

25 Diċembru 1926 - 7 Jannar 1989
Emperor Taishō (en) Translate - Akihito (mul) Translate
Governor-General of the Philippines (en) Translate

Ħajja
Twelid Akasaka Estate (en) Translate, 29 April 1901
Nazzjonalità Ġappun
L-ewwel lingwa Ġappuniż
Mewt Fukiage Gyoen (en) Translate, 7 Jannar 1989
Post tad-dfin Musashi Imperial Graveyard (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (duodenum adenocarcinoma (en) Translate)
Familja
Missier Emperor Taishō
Omm Empress Teimei
Konjuga/i Kōjun (en) Translate
Ulied
Aħwa
Tribù Imperial House of Japan (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Gakushūin (en) Translate
Lingwi Ġappuniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni bniedem militari
diplomatiku
marine biologist (en) Translate
żoologu
monarka
aristokratiku
Tul 1.65 m
Xogħlijiet importanti Hirohito surrender broadcast (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Servizz militari
Grad dai-gensui (en) Translate
Iġġieldu It-Tieni Gwerra Dinjija

Hirohito (裕仁; twieled fid-29 ta' April 1901 – miet fis-7 ta' Jannar 1989) kien il-124 Imperatur tal-Ġappun skont l-ordni tradizzjonali, u rrenja bejn il-25 ta' Diċembru 1926 sa mewtu fl-1989. Għalkemm magħruf aħjar barra mill-Ġappun b'ismu Hirohito personali, fil-Ġappun hua magħruf aktar bħala Imperatur Shōwa (昭和天皇), titlu li ngħatalu wara mewtu. Il-kelma Shōwa huwa l-isem tal-era li tikkorrispondi mar-renju tal-Imperatur, u eventwalment sar isem l-Imperatur innifsu mal-mewt tiegħu. L-isem Hirhito jfisser "benevolenza abbundanti".

Fil-bidu tar-renju tiegħu, il-Ġappun kien diġà wieħed mill-poteri l-kbar, bid-disa' l-akbar ekonomija fid-dinja, it-tielet l-akbar qawwa navali u wieħed mill-membri permanenti tal-kunsill tas-Soċjetà tan-Nazzjonijiet. Hu kien il-kap tal-istat taħt il-Kostituzzjoni tal-Imperu tal-Ġappun matul l-espansjoni imperjali, militarizzazzjoni u involviment tal-Ġappun fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wara ċ-ċediment tal-Ġappun hu ma ġiex ipproċessat għar-reati tal-gwerra bħal diversi figuri oħra governattivi, u l-involviment tiegħu fid-deċiżjonijiet meħuda fil-gwerra għadha kontroversjali. Wara l-gwerra hu sar simbolu tal-istat il-ġdid taħt il-kostituzzjoni l-ġdida u sa tmiem ir-renju tiegħu, Ġappun ħarġet bħala t-tieni l-akbar ekonomija dinjija.

It-tfajjel Hirohito fl-1902

Hirohito twieled fil-Palazz Aoyama f'Tokjo, iben il-Prinċep Yoshihito (dak li kellu jkun l-Imperatur Taishō) u l-Prinċipessa Sadako (il-futura Imperatriċi Teimei). Hu kien in-neputi tal-Imperatur Meiji u Yanagihara Naruko. It-titlu tiegħu fi tfulitu kien Prinċep Michi. Fl-1908, beda l-istudji primarja tiegħu fl-istituzzjoni ta' Gakushūin.

Meta nannuh, l-Imperatur Meiji, miet fit-30 ta' Lulju 1912, missier Hirohito, Yoshihito, ħa t-tron u Hirohito sar l-eredi. Fl-istess żmien ġie mdaħħal fl-armata u fil-flotta navali bħala t-tieni logutent u alfier, rispettivament. Fl-1914, ġie promoss fil-grad ta' logutent fl-armata u sotto-logutent fin-navi, imbagħad għal kaptan u logutent fl-1916. Fit-2 ta' Novembru 1916, ġie uffiċjalment imħabbbar bħala l-eredi tat-tron.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Imperatur Taishō
Imperatur tal-Ġappun
25 ta' Diċembru 1926 – 7 ta' Jannar 1989

Suċċessur
Akihito