Josè Herrera
Dehra
Dan l-artiklu dwar persuna u l-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Josè Herrera | |||||
---|---|---|---|---|---|
15 Jannar 2020 - 30 Marzu 2022 - Owen Bonnici →
District: District 1 (en) Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||
Ħajja | |||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | politiku |
Josè Herrera (twieled fis-16 ta' Novembru 1961) huwa avukat Malti li serva fil-Parlament Malti għal numru ta' leġiżlaturi.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Bin l-Imħallef Joseph Alexander Herrera u Marguerite, imwielda Galea, Herrera ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi u fl-Università ta' Malta u ggradwa bħala nutar fl-1985 u avukat sena wara.
Kien elett l-ewwel darba fil-Parlament fl-1996, f'isem il-Partit Laburista u baqa' jiġi elett f'kull elezzjoni sal-2017. F'Marzu tal-2013 inħatar Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali. F'April tal-2014 inħatar Segretarju Parlamentari għall-Kompetività u Tkabbir Ekonomiku u f'April tal-2016 inħatar Ministru tal-Ambjent.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Profil fuq is-sit tal-Parlament Malti