Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Leonardo Sciascia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Leonardo Sciascia
Membru tal-Parlament Ewropew

17 Lulju 1979 - 24 Settembru 1979
District: Italja
Election: elezjonijiet Ewropej tal-1979
Deputat tar-Repubblika Taljana

13 Ġunju 1979 - 11 Lulju 1983
Membru tal-Parlament Ewropew

1979 - 1979
Ħajja
Twelid Racalmuto, 8 Jannar 1921
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
L-ewwel lingwa Taljan
Mewt Palermo, 20 Novembru 1989
Post tad-dfin Grave of Leonardo Sciascia (en) Translate
Racalmuto cemetery (en) Translate
Kawża tal-mewt  (multiple myeloma (en) Translate)
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
kittieb
ġurnalist
rumanzier
drammaturgu
xeneġġatur
poeta
saġġist
għalliem tal-iskola
Post tax-xogħol Strasburgu
Brussell
Ruma
Xogħlijiet importanti Il Contesto
Premjijiet
List
Statwa ta' Leonardo Sciascia f'Racalmuto, belt twelidu

Leonardo Sciascia (twieled fit-8 ta' Jannar 1921 – miet fl-20 ta' Novembru 1989) kien kittieb, saġġista, ġurnalista u politiku Taljan.

Kien bin Pasquale Sciascia, ħaddiem fil-minjieri tal-kubrit tal-post u Genoveffa Martorelli, mara tad-dar. Fl-1935 mar mal-familja f’Caltanissetta. Fl-Istituto Magistrale (kulleġġ għat-taħriġ tal-għalliema) ta' dik il-belt, Sciascia kellu bħala għalliem il-kittieb u d-drammaturgu Vitaliano Brancati, li introduċieh għal-letteratura Franċiża. Fl-istess snin, Sciascia skopra wkoll il-letteratura Amerikana u l-Illuminiżmu. Ħa d-diploma ta' għalliem fl-1941 u fl-istess sena beda jaħdem mal-Consorzio Agrario, jieħu ħsieb il-ġbir tal-qamħ f'Racalmuto, fejn baqa' sal-1948. Hemm seta' jsir jaf sewwa r-realtà tal-ħajja tal-bdiewa. Fl-1944 iżżewweġ lil Maria Andronico, għalliema fl-iskola primarja ta' Racalmuto. Maria Andronico u Sciascia kellhom żewġt itfal bniet, Laura u Anna Maria. Fl-1948 ħuh Giuseppe qatel ruħu b'idejh u din il-mewt kellha effett profond fuq Sciascia.

Fl-1956 ippubblika l-ewwel rumanz, Le parrocchie di Regalpetra (Il-parroċċi ta' Regalpeltra), fejn iddeskriva taħt forma ta' fizzjoni, l-esperjenza tiegħu ta' għalliem f'raħal twelidu. Wara li għadda xi żmien Ruma (1957-1958), mar jerġa' joqgħod Caltanissetta bħala impjegat tal-Ministeru tal-Edukazzjoni.

Fl-1961 ippubblika l-ewwel rumanz politiko-polizjesk, Il giorno della civetta (Jum il-kokka), li jiġri f'raħal Sqalli maħkum mill-mafja u l-mentalità tagħha ta' omertà.

Fl-1963 Sciascia ppubblika Il consiglio d'Egitto (Il-Kunsill tal-Eġittu), li jiġri lejn l-aħħar tas-seklu 18 f'Palermo, fejn it-tamiet imqajmin mir-Rivoluzzjoni Franċiża ta' xi ftit nies imdawlin isibu ruħhom wiċċ imb wiċċ ma' soċjetà staġnata, fejn il-privileġġi tal-aristokrazja kienet iżżoqqhom is-superstizzjoni tal-poplu. Dan ir-rumanz inqaleb għall-Malti bit-titlu ta' Il-Kunsill tal-Eġittu minn Dijonisju Mintoff fl-1975.

Fl-1964 deher Morte dell'Inquisitore, rumanz inkjesta li jirrakkonta l-istorja ta' Diego La Matina, patri Sqalli ppersegwitat mill-Inkwiżizzjoni ta' Palermo li fl-1658, spiċċa biex qatel il-kap tal-Inkwiżizzjoni tar-Renju ta' Sqallija fil-ħabs ta' Palermo b'mod mhux magħruf sa llum. Dan it-test Sciascia dejjem qiesu mhux komplut u tħajjar ikomplih ħafna drabi, imma fl-aħħar ma wasalx. Id-dramm L'onorevole. Dramma in tre atti (L-onorevoli. Dramm fi tliet atti) (1965) iddenunzja mingħajr tidwir mal-lewża l-kompliċità bejn il-gvern ta' dak iż-żmien u l-mafja.

Reġa' uża l-ġeneru ta' rumanz polizjesk b'konnotazzjoni politika f'A ciascuno il suo (Lil kulħadd tiegħu), li deher fl-1966, storja ta' għalliem tal-iskola sekondarja, intelliġenti imma inġenwu, li kien qiegħed jinkwieta minħabba kurżità sempliċi dwar skrivan tar-raħal, spiċċa biex sab ruxxmata delitti, korruzzjoni u ipokrisija ġenerali li wassluh għal mewtu.

Fl-1967 Sciascia mar joqgħod Palermo. Mill-1969, kien jikteb regolarment fil-Corriere della Sera. L-istess sena ippubblika r-Recitazione della controversia liparitana dedicata ad A.D., li fiha jirrakkonta l-kontroversja li qamet fil-bidu tas-seklu 18, bejn l-Isqof ta' Lipari u l-amministrazzjoni fiskali: allegorija, iddedikata lil Alexander Dubček, tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Sovjetika u l-istati tal-blokk ta' Varsavja.

Sciascia rtira fl-1970, biex jiddedika ruħu għalkollox għall-kitba.

Fl-1971 deher Il contesto, rumanz li jirreferi, taħt allegorija trasparenti ħafna, għall-Italja kontemporanja li kienet għaddiet mill-1968, il-ġlidiet kbar tal-unions tal-1969 u l-ewwel attentati tal-“istrateġija tat-tensjoni”. Dan ir-rumanz qajjem polemiki vjolenti, mhux biss fost in-nies qrib tal-gvern, imma wkoll fost l-intellettwali u l-politiċi tax-Xellug Soċjalista-Komunista.

Fl-1973 dehret il-ġabra Il mare colore del vino (Il-baħar lewn l-inbid), fl-1974 Todo modo, storja inkwetanti ta' grupp ta' politiċi (l-allużjoni għad-Demokristjani kienet evidenti għall-pubbliku ta' dak iż-żmien), li, miġburin f'post tal-irtir għall-eżerċizzi spiritwali biex jissaffew mid-delitti ta' korruzzjoni, isibu ruħhom f'nofs sensiela ta' delitti li fiha l-kap tal-partit tagħhom tinqatagħlu rasu.

Fl-1975 Leonardo Sciascia ġie elett fuq il-kunsill muniċipali ta' Palermo, fuq il-lista tal-Partit Komunista Taljan, imma rreżenja sentejn wara, billi ma qabilx mal-linja tal-maġġoranza tal-partit biex jersqu lejn id-Demokristjani. Fl-1979 tela' deputat fil-Parlament mal-Partit Radikali Taljan. Matul il-mandat tiegħu (1979-1983), għamel parti mill-kummissjoni tal-inkjesta parlamentari fuq l-assassinju ta' Aldo Moro u t-terroriżmu.[1]

Mill-bidu tas-snin 1980 Sciascia ntlaqgħat minn marda gravi imma xorta baqa' attiv, jagħti l-intervisti u jikteb ir-rakkonti: Porte aperte (Bibien miftuħin) (1987) mimli qrusa u Il cavaliere e la morte (Il-kavallier u l-mewt) (1987), kif ukoll Una storia semplice (Storja sempliċi) (1989).

Miet f’Palermo fl-20 Novembru 1989. Fuq il-qabar tiegħu f'Racalmuto, hemm imnaqqxa kwotazzjoni minn Auguste Villiers de l'Isle-Adam, "Se niftakruha dil-pjaneta", magħżula minn Sciascia stess.[2][3] Il-mara tiegħu mietet fl-2009.

  • Il giorno della civetta, 1961.
  • Il consiglio d'Egitto, 1963.
  • A ciascuno il suo, 1966.
  • Il contesto. Una parodia, 1971.
  • Todo modo, 1974.
  • La scomparsa di Majorana, 1975.
  • Candido, ovvero Un sogno fatto in Sicilia, 1977.
  • Morte dell'Inquisitore, 1964.
  • La strega e il capitano, 1986.
  • 1912 + 1, 1986.
  • Porte aperte, 1987.
  • Il cavaliere e la morte. Sotie, 1988.
  • Una storia semplice, 1989.
  • Gli zii di Sicilia, 1958. [ġabra ta' tliet novelli]
  • L'antimonio, f'Gli zii di Sicilia, 1960.
  • Racconti siciliani, 1966. [ġabra ta' novelli, ippubblikata aktar tard bit-titlu Il mare colore del vino]
  • Atti relativi alla morte di Raymond Roussel, 1971. [novella]
  • Il mare colore del vino, 1973. [ġabra ta' novelli]
  • La sentenza memorabile, 1982. [novella]
  • Cronachette, 1985. [ġabra ta' novelli]

Ġabriet ta' poeżiji

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Favole della dittatura, 1950.
  • La Sicilia, il suo cuore, 1952.
  • Il fiore della poesia romanesca. Belli, Pascarella, Trilussa, Dell'Arco, 1952.

Testi teatrali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • L'onorevole. Dramma in tre atti, 1965.
  • Recitazione della controversia liparitana dedicata ad A.D., 1969.

Xeneġġjaturi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • La smania addosso, reġija ta' Marcello Andrei (1963)
  • Bronte - Cronaca di un massacro che i libri di storia non hanno raccontato, reġija ta' Florestano Vancini (1972)
  • La singolare avventura di Francesco Maria, episodju televiżiv dirett minn Enzo Muzii (1983)

Xi artikli ġurnalistiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Questa mafia, f' "L'Ora", Sena 61, nru. 85, 8-9 April 1960.
  • Greco. Il suo destino si chiama Sicilia. La mostra catanese del grande scultore, f' "L'Ora", sena 66, 26-27 Frar 1965.
  • I professionisti dell'antimafia, fil-"Corriere della Sera", 10 Jannar 1987.

Hemm bosta films ibbażati fuq ix-xogħlijiet ta' Leonardo Sciascia[4][5]:

  • 1967: A ciascuno il suo ta' Elio Petri;
  • 1968: Il giorno della civetta ta' Damiano Damiani;
  • 1969: Un caso di coscienza ta' Giovanni Grimaldi, ibbażat fuq ir-rakkont omonimu li qiegħed f'Il mare colore del vino;
  • 1971: Gioco di società ta' Giacomo Colli, film għat-TV ibbażat fuq ir-rakkont omonimu li qiegħed f'Il mare colore del vino;
  • 1972: Storia dell'emigrazione ta' Alessandro Blasetti, film għat-TV ibbażat fuq ir-rakkont f'Il lungo viaggio li qiegħed f'Il mare colore del vino;
  • 1976:
  • 1978: Grand Hotel des Palmes ta' Memé Perlini, liberament ispirat mill-ktieb Atti relativi alla morte di Raymond Roussel;
  • 1982: Candido ta' Roberto Guicciardini, film għat-TV;
  • 1982: Western di cose nostre ta' Pino Passalacqua, film għat-TV ibbażat fuq ir-rakkont omonimu li qiegħed f'Il mare colore del vino;
  • 1989: Gioco di società ta' Nanni Loy, film għat-TV ibbażat fuq ir-rakkont omonimu li qiegħed f'Il mare colore del vino;
  • 1990:
    • Porte aperte ta' Gianni Amelio;
    • Filologia ta' Giuseppe Gigliorosso, film għat-TV ibbażat fuq ir-rakkont omonimu li qiegħed f'Il mare colore del vino;
  • 1991: Una storia semplice ta' Emidio Greco;
  • 2000: Ce ne ricorderemo, di questo pianeta. Un sogno di Sciascia in Sicilia (dokudramm)|Ce ne ricorderemo, di questo pianeta. Un sogno di Sciascia in Sicilia ta' Davide Camarrone u Salvo Cuccia;
  • 2001: Il consiglio d'Egitto ta' Emidio Greco.
  1. ^ L'impegno civile
  2. ^ Matteo Collura, Sciascia, svelato l' ultimo enigma, Corriere della Sera 5 ta' Sett. 2007
  3. ^ Matteo Collura, L'isola senza ponte. Uomini e storie di Sicilia, 2007, Longanesi, ISBN: 978-88-304-2450-0
  4. ^ "Film tratti dai romanzi di Sciascia". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-02-24. Miġbur 2014-11-18.
  5. ^ Film tratti dai romanzi di Sciascia