Paul P. Borg
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Paul P. Borg | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ħal Balzan, 1949 (74/75 sena) |
Nazzjonalità | Malta |
L-ewwel lingwa | Malti |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università ta' Malta |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kittieb għalliem poeta rumanzier |
Premjijiet |
List
|
Paul P. Borg (Ħal Balzan, 1949) huwa awtur prolifiku Malti u għalliem tax-xjenza u fiżika fl-iskola ta' San Andrea l-Imġarr, Malta. Għex f’B’Kara, imma qatta’ parti kbira minn tfulitu jiġri fil-beraħ ta’ Selmun fejn tgħallem jikber, jgħix u jirrispetta l-ambjent. Borg huwa poeta, rumanzier u ħareġ kotba fuq is-snajja' Maltin.
Ħajtu
[immodifika | immodifika s-sors]Ġabriet ta' novelli
[immodifika | immodifika s-sors]Beżgħat (1986)
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel ġabra ta' novelli tal-awtur, huma miktubin madwar nies li għandhom xi singularita' fil-karattru. Dan jissuġġerixxi lin-novellier li dawn il-karattri jistgħu jirreaġixxu b'mod partikolari li jagħti lill-awtur ħjiel li jista' jutilizza fin-narrazzjoni tiegħu. Aħna u naqraw dawn in-novelli, nistgħu nġarrbu l-esperjenzi ta' "Beżgħat" u nirrealizzaw li xi wħud mill-karattri li ħoloq okkupaw post prominenti f'moħħ l-awtur. Għalkemm dawn in-novelli jidhru maqtugħin wieħed mill-ieħor, xorta jżommu bejniethom rabta li tgħaqqadhom fi storja twila waħda.
Demgħat (2002)
[immodifika | immodifika s-sors]Ġabra ta' novelli li fihom l-awtur jaqbad ċerti inċidenti mill-ħajja ta' kuljum madwarna u jlaqqa' ċerti individwi, jara u jgħarbel u joħroġ minn dawn l-inċidenti ċerti sitwazzjonijiet li mbagħad jirrifletti fuqhom. F'dawn in-novelli, l-awtur joħroġ is-sengħa tas-sempliċita'. F'din il-ġabra ta' disa' novelli nsibu ġrajjiet umani li jirriflettu s-soċjeta' marida ta' żminijietna.
Stejjer minn Wied Għarbiel (2005)
[immodifika | immodifika s-sors]Ġabra ta’ novelli fuq il-qirda ta’ l-ambjent f’kull tifsira tiegħu, dik ukoll li tagħtina identité, u tan-nuqqas tas-soċjetà li tiddefendi sewwa kemm l-ambjent kif ukoll l-identità għal ġid tagħha stess.
Sunset at Mistra Valley
[immodifika | immodifika s-sors]23 novella bl-Ingliż miktubin fl-istil tipiku ta’ Borg: l-attenzjoni minuzzjuża għal dak li l-ħin kollu għaddej minn moħħ il protagonist, ix-xewqat u l beżgħat li jġarrab, l-ilsien u l-istil li jirrifletti direttament in-nixxiegħa tal kuxjenza li spiss tmiss l-istat tat thewdin. Bħala temi jaħkmu fuq kollox dawk ambjentali u soċjali (iż-żwieġ, l-abort, imma anki s-suwiċidju, id-diżabbiltá fiżika).
Kitbiet Oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Selmun u l-Inħawi (1989). Tifkira ta’ tagħrifiet, ġrajjiet u drawwiet ta’ soċjetà rurali f’Selmun u li llum m’għadhiex teżisti. Xogħol ta’ riċerka bbażat fuq intervisti man-nanniet ta’ l-awtur, u ma’ bdiewa xjuħ.
- Minn Fuq għal Isfel (1991). Kitba ta’ protesta kontra l-qirda ambjentali. Tirrakonta l-ġrajja ta’ bniedem idealist li jiġġieled b’mod vjolenti kontra min ried jeqridlu l-ambjent.
- Selmun - A story of Love (1996). Tissokta r-riċerka dwar Selmun, mhux biss bħala villaġġ qadim mimli bil-bdiewa, imma dwaru bħala ambjent li tilef lill-bidwi għalkollox u rebaħ lit-turist.
- Kelinu Vella Haber u l-Moviment tal-Malti (2002). Dak kollu li seħħ lill-Baruni Vella Haber u l-Moviment tal-Malti li kien ħoloq f’nofs is-seklu l-ieħor. Il-ġrajja hi mqegħdha fi sfond kemm storiku kif ukoll soċjali sewwa sew biex fl-istess waqt ikun hemm tagħrif ħaj tal-ħajja Maltija matul perijodu diffiċli.
- Qari Malti (2002). Sensiela ta’ ġrajjiet miktubin għat-tfal ta’ l-iskejjel sekondarji, biex jissaħħaħ it-tagħlim tal-Malti, u l-kultura Maltija.
- Snajja’ u Xogħol il-Maltin (v.1 2000, u v.2, 2001) huma ġabra ta’ tagħrif etnografiku importanti, dwar xogħlijiet, snajja’ u drawwiet qodma bħala dokument uniku tal-ġrajja soċjali u kulturali tal-Gżejjer Maltin.
- Nismagħhem Jgħidu
- Quest for Identity – the Mellieħa experience
Rikonoxximenti
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Midalja tad-Deheb Farsons (1975) bin-novella Moħħ u Moħħ.
- il-Premju Letterarju Konkors Bugelli għar-Rumanzi (1981), bir-rumanz dal-lejl ġie alla;
- il-Premju Phoenicia għal-Letteratura (1986) bil-ktieb Bejn Mara u Qassis;
- l-aħjar rumanz Konkors Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer (1990) bir-rumanz Għeluq,
- l-aħjar dramm Konkors Fondazzjoni Ġużè Ellul Mercer (1994), bid-dramm Dubbiena Kukkużejt
- il-Premju Letterarju għar-Rumanzi (1999) bir-rumanz Ċikku Fenech
- il-Premju Letterarju għall-kitba mhix fittizja (2003) bil-ktieb Kelinu Vella Haber u l-Moviment tal-Malti.
- il-Premio Gianfranco Merli per l’Ambiente (2010) mill-Assoċjazzjoni nazzjonali Taljana għall-protezzjoni tal-ambjent, il-Movimento Azzurro. Il-premju jingħata kull sena lil għaqdiet jew individwi li jiddistingwu rwieħhom bix-xogħol tagħhom biex jipproteġu l-ambjent u l-wirt nazzjonali, kemm naturali kif ukoll kulturali. Borg ġie rikonoxxut għall-ħidma tiegħu b’risq il-konservazzjoni u d-difiża tal-ġmiel naturali tal-ambjent tal-gżejjer Maltin. L-awtur Malti ġie wkoll imfaħħar għax-xogħol etnografiku tiegħu biex ma jintilfux u ma jintesewx snajja’ qodma u tradizzjonijiet popolari li jagħtu identità lill-Maltin.
- Midalja Qadi tar-Repubblika (2014)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Paul P. Borg () |