Robert Abela
Robert Abela | |||||
---|---|---|---|---|---|
13 Jannar 2020 - ← Joseph Muscat
District: Distrett 6 Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Tas-Sliema, 7 Diċembru 1977 (46 sena) | ||||
Nazzjonalità | Malta | ||||
Familja | |||||
Missier | George Abela | ||||
Omm | Margaret Abela | ||||
Konjuga/i | Lydia Abela Zerafa (2008 - | ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater |
Università ta' Malta Kulleġġ ta' San Alwiġi | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat |
Robert Abela (twieled 7 ta’ Diċembru, 1977)[1] huwa avukat Malti u l-Mexxej tal-Partit Laburista illum. Membru tal-Parlament mil-2017, huwa ħa post Joseph Muscat bħala Mexxej tal-Partit Laburist, wara l-elezzjoni interna tat-tmexxija tal-partit li saret fil-11 ta' Jannar 2020, u nħalef bħala Prim Ministru fit-13 ta' Jannar. Abela huwa bin George Abela, t-tmien president ta' Malta.
Ħajja bikrija, familja u karriera professjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Bin George Abela u Margaret (née Cauchi), huwa trabba f’Ħal Għaxaq u f’Wied il-Għajn ma’ oħtu Marija. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet f’Santa Luċija, l-iskola tas-St Francis f’Bormla, u l-Kulleġġ San Alwiġi. Ommhom, Margaret, ħadmet fl-amministrazzjoni ta’ l-Università l-Qadima fil-Belt Valletta u wara mexxiet id-ditta legali tal-familja, Abela Advocates.
Plejer tal-futbol fiż-żagħżugħija tiegħu, huwa lagħab bil-mira għat-tim nazzjonali taż-żgħażagħ. Abela pprattika wkoll il-bodybuilding, fejn kkompeta darbtejn fil-kampjonati nazzjonali fl-aħħar tad-disgħinijiet.
Abela studja l-liġi fl-Università ta' Malta, fejn ltaqa' mal-mara futura tiegħu Lydia. Iggradwa bħala avukat fl-2002 u beda jaħdem fl-uffiċċju legali ta’ missieru. Huwa speċjalizza fil-liġi tax-xogħol u tal-familja, l-ippjanar u liġi industrijali.
Fl-2008, huwa żżewweġ lil Lydia Abela (née Zerafa), li wara ħadet l-irwol tas-segretarja tal-kumitat eżekuttiv tal-Partit Laburista. Huma għandhom tifla, Giorgia Mae, imwielda fl-2012.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2008 kien involut fil-kampanja ta’ missieru meta George Abela kkontesta l-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta’ Dr Alfred Sant.
Fl-2017, Dr Robert Abela laqa’ l-istedina ta’ Dr Joseph Muscat biex joħroġ għall-elezzjoni ġenerali. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament mis-sitt distrett u serva f’kumitati Parlamentari minbarra li kien il-konsulent tal-Prim Ministru fil-kabinett.
Elezzjonijiet Ġenerali 2022
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2022, il-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela kiseb 162,707 vot; 39,474 aktar mill-Partit Nazzjonalista li kiseb 123,233 vot; u bħala persentaġġi l-PL ġab 55.1% u l-PN 42.1%, kważi ripetizzjoni tal-istess riżultati taż-żewġ elezzjonijiet ta' qabel. Kienet l-ikbar rebħa elettorali f'Malta minn wara l-Indipendenza sal-lum.
Imma meta wieħed iqabbel l-elezzjoni ġenerali ma’ dik tas-sena 2017 isib ukoll li l-Partit Laburista naqqas il-voti tiegħu b’8,269 vot, waqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti bi 12,464 vot.
Ħajja Personali
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2008, żżewweġ lil Lydia u fl-2012 kellhom tifla, Georgia Mae.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Spiteri, Adrian (11 January 2020). "Who is Robert Abela?" tvm.com.mt. Irkuprat 13 ta' Jannar 2020.
Predeċessur Joseph Muscat |
Prim Ministru ta' Malta 2020- |
Suċċessur |
Predeċessur Joseph Muscat |
Mexxej tal-Partit Laburista 2020- |
Suċċessur |