Simone de Beauvoir
Simone Lucie Ernestine Marie Bertrand de Beauvoir, bil-Franċiż: [simɔn də bovwaʁ] (9 ta’ Jannar 1908 – 14 ta’ April 1986) kienet filosofa eżistenzjalista, kittieba, teorista soċjali u attivista femminista . Hi ħalliet influwenza kbira kemm fuq l-eżistenzjaliżmu femminist kif ukoll fuq it-teorija femminista[1], għad li hi ma kinitx tikkunsidra lilha nfisha filosfa u lanqas kienet ikkunsidrata waħda minnhom meta mietet. [2] [3]
Beauvoir kitbet rumanzi, esejs, bijografiji, awtobijografiji, u monografi dwar il-filosofija, il-politika, u kwistjonijiet soċjali. Kienet magħrufa l-aktar għax-xogħol "xogħol innovattiv fil-filosofija femminista", [4] The Second Sex (1949), analiżi dettaljata tal-oppressjoni tan-nisa u serva ta' bażi għall-feminiżmu kontemporanju. Kienet magħrufa wkoll għar-rumanzi tagħha, l-aktar popolari kienu She Came to Stay (1943) u The Mandarins (1954). L-aktar kontribuzzjoni notevoli għal-letteratura hija l-memoirs, partikolarment l-ewwel volum, Mémoires d'une jeune fille rangée [5] (1958), li għandu deskrizzjoni qawwija u jmiss il-qalb.[6] Hija ngħatat ukoll ħafna premjijiet, uħud mill-aktar premjijiet notevoli kienu l-Premju Goncourt tal-1954, il-Premju Ġerusalemm tal-1975, u l-Premju tal-Istat Awstrijak għal-Letteratura Ewropea tal-1978 . Ħajjitha ma kinitx ward u żahar: kienet tilfet xogħolha għal ftit żmien wara li ġiet akkużata li abbużat sesswalment lil xi studenti tagħha. Hi u l-maħbub tagħha, Jean-Paul Sartre, flimkien ma’ bosta intellettwali Franċiżi oħra, għamlu kampanja għall-ħelsien ta’ nies li nstabu ħatja li wettqu reati sesswali fuq it-tfal u ffirmaw petizzjoni li kienet favur it-tneħħija tal-liġijiet tal-kunsens tal-età fi Franza . [7]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Żmien bikri
[immodifika | immodifika s-sors]Beauvoir twieldet fid-9 ta' Jannar 1908, [8] f'familja Pariġjana borgiża fis-sitt arrondissement . [9] [10] Il-ġenituri tagħha kienu Georges Bertrand de Beauvoir, avukat li darba kien jaspira li jkun attur, [11] u Françoise Beauvoir (née Brasseur), bint bankier għani u Kattolika devota. Simone kellha oħtha, Hélène, li twieldet sentejn wara, fis-6 ta’ Ġunju 1910.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bergoffen, Debra (16 August 2010). "Simone de Beauvoir". Stanford Encyclopedia of Philosophy. Stanford University. ISSN 1095-5054. Miġbur 11 June 2021.
- ^ Bergoffen, Debra; Burke, Megan (2021). "Simone de Beauvoir". The Stanford Encyclopedia of Philosophy. Metaphysics Research Lab, Stanford University. Miġbur 2022-04-09.
- ^ Cohen, Patricia (1998-09-26). "Beauvoir Emerges From Sartre's Shadow; Some Even Dare to Call Her a . . . Philosopher". The New York Times (bl-Ingliż). ISSN 0362-4331. Miġbur 2022-04-09.
- ^ "Simone de Beauvoir". The Stanford Encyclopedia of Philosophy. Metaphysics Research Lab, Stanford University. 2023.
- ^ "Mémoires d'une jeune fille rangée - Simone de Beauvoir". Babelio (bil-Franċiż). Miġbur 2023-03-02.
- ^ Harry George, Judge; Toyne, Anthony (1985). Oxford illustrated encyclopedia (bl-Ingliż). Oxford [England]: Oxford University Press. p. 40. ISBN 9780198691297.
- ^ Henley, Jon (23 February 2001). "Calls for legal child sex rebound on luminaries of May 68". The Guardian. Miġbur 28 December 2017.
- ^ "UPI Almanac for Thursday, Jan. 9, 2020". United Press International. 9 January 2020. Arkivjat mill-orġinal fl-15 January 2020. Miġbur 16 January 2020.
...French novelist Simone de Beauvoir in 1908
- ^ Freely, Maureen (6 June 1999). "Still the second sex". The Guardian. UK. Arkivjat mill-orġinal fl-13 April 2019. Miġbur 6 January 2019.
- ^ "Lisa Appignanesi's top 10 books by and about Simone de Beauvoir". The Guardian. UK. 8 January 2008. Arkivjat mill-orġinal fl-13 April 2019. Miġbur 6 January 2019.
- ^ Mussett, Shannon. Simone de Beauvoir Biography on the Internet Encyclopedia of Philosophy. Retrieved 11 April 2010.