Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Repubblika Ċeka
Assoċjazzjoni Českomoravský fotbalový svaz
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Repubblika Ċeka Michal Bílek
Kaptan Tomáš Rosický
Stadju prinċipali AXA Arena
Na Stínadlech
Stadion Eden
Kodiċi tal-FIFA CZE
L-ewwel kulur
It-tieni kulur
2014

It-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka huwa t-tim nazzjonali tad-dixxiplina sportiva tal-futbol tar-Repubblika Ċeka u hu mmexxi mill-Českomoravský fotbalový svaz.

Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Boemja (ir-Repubblika Ċeka tal-lum), meta kienet parti mill-Imperu tal-Awstrija-Ungerija, huma lagħbu seba' partiti bejn l-1903 u l-1908, sitta minnhom kontra l-Ungerija u waħda kontra l-Ingilterra. Il-Boemja lagħbet ukoll partita kontra l-Jugożlavja, Osmark u l-Ġermanja fl-1939, waqt li kienet il-Protettorat tal-Boemja u l-Moravja.

Meta r-Repubblika Ċeka kienet parti miċ-Ċekoslovakkja, it-tim nazzjonali wasal darbtejn bħala finalista tellief tat-Tazza tad-Dinja (1934, 1962) u rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej fl-1976.

Wara li ċ-Ċekoslovakkja ġiet diviża bħala r-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja, it-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka ġie ffurmat, u huma lagħbu l-ewwel logħba barra minn darhom kontra t-Turkija fl-1994, fejn rebħu 4–1. L-ewwel partita ġewwa darhom kienet kontra l-Litwanja f'Ostrava, fejn irreġistraw rebħa ta' 5–3.

L-ewwel partita kompetittiva waslet kontra Malta fejn ġewwa Ostrava rebħu bl-iskor ta' 6–1. Fil-fażi ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 1996, ir-Repubblika Ċeka rebħet Grupp 5 quddiem il-favoriti tal-Olanda, b'total ta' sitt rebħiet, tliet pari u telfa imbarazzanti kontra l-Lussemburgu. Fil-fażi finali, li sar ġewwa l-Ingilterra, iċ-Ċeki għaddew mill-fażi tal-gruppi, minkejja telfa fl-ewwel ġurnata kontra l-Ġermanja. Il-forma pożittiva tagħhom kompliet sejra u waslu sal-finali fejn tilfu 2–1 kontra l-Ġermaniżi.

Il-finali tal-1996, poġġiet liċ-Ċeki favoriti li jaqtgħu l-passaġġ għat-Tazza tad-Dinja 1998. Madanakollu, spiċċaw it-tielet fil-grupp tagħhom, taħt Spanja u l-Jugożlavja.

Madanakollu, huma mal-ewwel pattew għal dan in-nuqqas billi kkwalifikaw għall-Euro 2000, fejn rebħu l-għaxar partiti tal-grupp. It-tim, madanakollu, falla li juri l-aħjar logħob tiegħu, fejn ġew eliminati fil-fażi tal-gruppi wara rebħa waħda biss. Għal darb'oħra, iċ-Ċeki naqsu li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja, din id-darba jispiċċaw it-tieni fil-grupp wara d-Danimarka, u jiġu megħluba 1–0 u 0–1 mill-Belġju fil-partita ta' spareġġ għal post fil-finali.

Fir-rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2004 huma għaddew għar-rawnd finali meta spiċċaw quddiem l-Olanda, u l-uniku punti li tilfu kienu fil-pari ta' 1–1 kontra l-Oranje. Fil-fażi finali, iċ-Ċeki waslu sas-semifinali fejn ġew megħluba finalment mill-Greċja, li kellha tirbaħ dik l-edizzjoni.

Is-sena 2006 fissret l-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fejn ikkwalifikaw grazzi għal żewġ rebħiet identiċi ta' 1–0 fuq in-Norveġja fil-partiti ta' spareġġ. Ġewwa l-Ġermanja, huma kienu mistennija li jgaddu għar-rawnd suċċessiv wara rebħa konvinċenti ta' 3–0 fuq l-Istati Uniti, però telfiet ta' 2–0 kontra l-Gana u l-Italja fissru li l-pjanijiet tagħhom għal passaġġ fir-rawnd li jmiss sfumaw.

Il-kampanja deludenti tat-Tazza tad-Dinja wasslet għal kampanja ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 bl-unuri, fejn spiċċaw l-ewwel fil-grupp, quddiem il-Ġermanja. Iċ-Ċeki fl-ewwel logħba rebħu lill-ospiti tal-kompetizzjoni, l-Iżvizzera, 1–0, qabel ma tilfu 3–1 kontra l-Portugall. L-aħħar logħba kienet waħda deċiżiva kontra t-Turkija hekk kif iż-żewġ timijiet kienu qed jiġġieldu għal post fil-fażi li jmiss. Iċ-Ċeki bnew vantaġġ ta' 2–0 wara siegħa logħob u meta deher li kienu huma li se jkomplu fil-kompetizzjoni, it-Turkija għamlu rimonta impressjonati fejn fi kwarta skorjaw tliet gowls u rebħu 3–2, biex eliminaw lir-Repubblika Ċeka u temmet l-esperjenza internazzjonali tal-kowċ Karel Brückner.

Wara l-falliment fil-Kampjonati Ewropej, l-attenzjoni reġgħet irritornat fuq it-Tazza tad-Dinja, fejn iċ-Ċeki ttellgħu fi Grupp 3. Huma bdew il-kampjonat b'pari ta' 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq, li kienet segwita minn prestazzjoni deludenti kontra l-Polonja li sarrfet f'telfa ta' 2–1. Il-prestazzjonijiet ftit li xejn tjiebu fejn kellhom jitħabtu biex jegħlbu 1–0 lis-Slovenja, u rebħa oħra sofferta kontra San Marino, u pari ta' mingħajr gowls kontra s-Slovenja. Il-partita segwenti, telfa ta' 2–1 ġewwa darhom kontra l-ġiriena tas-Slovakkja fissret l-aħħar partita ta' Petr Rada man-nazzjonal u poġġiet liċ-Ċeki f'pożizzjoni kritika. Ivan Hašek ħa l-presidenza tal-federazzjoni Ċeka u tat-tim taħt idejh, fejn l-affarijiet tjiebu xi ftit b'pari barra minn darhom kontra s-Slovakkja u reħba kbira ta' 7–0 fuq San Marino. Huma marru għall-partita ta' qabel tal-aħħar bil-ħsieb li jirbħu kontra l-Pollakki, u s-Slovakkja ma titlifx kontra s-Sloveni. Minkejja li huma rnexxielhom jagħmlu dan, is-Slovakki tilfu 2–0, li fissret li San Marino kellhom iżommu lil San Marino sabiex jagħtu ċans liċ-Ċeki għall-play-offs. Ir-Repubblika Ċeka raw il-ħolm tagħhom jisfuma meta spiċċaw 0–0 kontra l-Irlanda ta' Fuq u ġew miċħuda miċ-ċans ta' post fil-finali.

Skwadra attwali

[immodifika | immodifika s-sors]
Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Petr Čech 20 ta' Mejju 1982 (1982-05-20) (42 sena) 72 0 Ingilterra Chelsea
16 1G Michal Daněk 6 ta' Lulju 1983 (1983-07-06) (41 sena) 0 0 Repubblika Ċeka Viktoria Plzeň
23 1G Jan Laštůvka 7 ta' Lulju 1982 (1982-07-07) (42 sena) 0 0 Ukrajna FC Dnipro Dnipropetrovsk
2D Ondřej Mazuch 15 ta' Marzu 1989 (1989-03-15) (35 sena) 1 0 Belġju R.S.C. Anderlecht
2 2D Ondřej Kušnír 5 ta' April 1984 (1984-04-05) (40 sena) 3 0 Repubblika Ċeka Sparta Prague
18 2D David Limberský 6 ta' Ottubru 1983 (1983-10-06) (41 sena) 4 0 Repubblika Ċeka FC Viktoria Plzeň
17 2D Tomáš Hübschman 4 ta' Settembru 1981 (1981-09-04) (43 sena) 27 0 Ukrajna Shakhtar Donetsk
2D Roman Hubník 6 ta' Ġunju 1984 (1984-06-06) (40 sena) 6 1 Ġermanja Hertha BSC
6 2D Tomáš Sivok 15 ta' Settembru 1983 (1983-09-15) (41 sena) 11 1 Turkija Beşiktaş
13 3M Jaroslav Plašil 5 ta' Jannar 1982 (1982-01-05) (42 sena) 53 4 Franza Bordeaux
8 3M Jan Polák 14 ta' Marzu 1981 (1981-03-14) (43 sena) 49 7 Belġju Anderlecht
19 3M Jan Morávek 1 ta' Novembru 1989 (1989-11-01) (35 sena) 2 0 Ġermanja Schalke
12 3M Mario Holek 28 ta' Ottubru 1986 (1986-10-28) (38 sena) 3 0 Ukrajna Dnipro Dnipropetrovsk
21 3M Jaroslav Černý 26 ta' Ġunju 1979 (1979-06-26) (45 sena) 2 0 Repubblika Ċeka SK Slavia Prague
4 3M Milan Černý 16 ta' Marzu 1988 (1988-03-16) (36 sena) 2 1 Repubblika Ċeka SK Slavia Prague
7 3M Libor Sionko 1 ta' Frar 1977 (1977-02-01) (47 sena) 35 8 Repubblika Ċeka Sparta Prague
11 3M Daniel Pudil 27 ta' Settembru 1985 (1985-09-27) (39 sena) 10 2 Belġju Racing Genk
5 3M Jan Rajnoch 30 ta' Settembru 1981 (1981-09-30) (43 sena) 6 0 Turkija Ankaragücü
14 3M Rudolf Skácel 17 ta' Lulju 1979 (1979-07-17) (45 sena) 6 1 Greċja Larissa
4A Adam Hloušek 20 ta' Diċembru 1988 (1988-12-20) (35 sena) 3 0 Repubblika Ċeka Slavia Prague
10 4A Tomáš Pekhart 26 ta' Mejju 1989 (1989-05-26) (35 sena) 1 0 Repubblika Ċeka FK Baumit Jablonec
20 4A David Lafata 18 ta' Settembru 1981 (1981-09-18) (43 sena) 8 2 Repubblika Ċeka FK Baumit Jablonec
9 4A Tomáš Necid 13 ta' Awwissu 1989 (1989-08-13) (35 sena) 14 5 Russja CSKA Moscow
4A Václav Svěrkoš 1 ta' Novembru 1983 (1983-11-01) (41 sena) 10 3 Franza Sochaux
15 4A Martin Fenin 16 ta' April 1987 (1987-04-16) (37 sena) 12 2 Ġermanja Eintracht Frankfurt

Rekord fil-kampjonat il-kbar

[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja

  • 1998 – Ma kkwalifikatx
  • 2002 – Ma kkwalifikatx
  • 2006 – L-ewwel rawnd
  • 2010 – Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej

[immodifika | immodifika s-sors]

Għar-rekord mill-1930 sal-1994, ara: Ċekoslovakkja

  • 1996 – It-tieni post
  • 2000 – L-ewwel rawnd
  • 2004 – It-tielet post
  • 2008 – L-ewwel rawnd

Tazza tal-Konfederazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 1992 – Ma kkwalifikatx
  • 1995 – Ma kkwalifikatx
  • 1997 – It-tielet post
  • 1999 – Ma kkwalifikatx
  • 2001 – Ma kkwalifikatx
  • 2003 – Ma kkwalifikatx
  • 2005 – Ma kkwalifikatx
  • 2009 – Ma kkwalifikatx

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]