Tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein
Dehra
Assoċjazzjoni | Liechtensteiner Fussballverband | |||
---|---|---|---|---|
Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | |||
Kowċ | Rene Pauritsch | |||
Stadju prinċipali | Rheinpark Stadion | |||
Kodiċi tal-FIFA | LIE | |||
|
It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Liechtenstein huwa r-rappreżentazzjoni internazzjonali fid-dixxiplina tal-futbol għal-Liechtenstein. L-ewwel logħba tat-tim kienet waħda mhux uffiċjali kontra Malta ġewwa Seoul, dro ta' 1–1 fl-1981. L-ewwel logħba uffiċjali kienet kontra l-Iżvizzera nhar id-9 ta' Marzu 1982 fit-telfa ta' 1–0. L-ikbar rebħa wettaqha meta lagħab kontra l-Lussemburgu fit-13 ta' Ottubru 2004, fejn rebaħ 4–0. Iżda fid-9 ta' Novembru 1996 sofra l-agħar telfa kontra t-tim tal-Maċedonja meta tilef 11–1, riżultat li hu wkoll l-ikbar rebħa tal-Maċedonja sal-lum il-ġurnata.