Vittorio De Sica
Vittorio De Sica (/də ˈsiːkə/ də SEE-kə, bit-Taljan: [vitˈtɔːrjo de ˈsiːka]; twieled fis-7 ta’ 1901 – miet fit-13 ta’ Novembru 1974) kien reġista u attur Taljan, u wieħed minn ta’ quddiem fil-moviment Neorealista.
Erbgħa mill-films li hu kien reġista tagħhom rebħu Academy Awards: Sciuscià u Ladri di Biciclette (premju onorarju), filwaqt li Ieri, Oggi e Domani u Il giardino dei Finzi Contini rebħu l-Academy Award għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija. Tabilħaqq, is-suċċess kritiku kbira ta’ Sciuscià (l-ewwel film b’lingwa barranija li ġie rikonoxxut bħala tali mill-Akkademja tal-Films, l-Arti u x-Xjenzi) u Ladri di Biciclette għenu biex jiġi stabbilit il-premju permanenti tal-Aqwa Film b’Lingwa Barranija. Dawn iż-żewġ films jitqiesu li huma parti mill-films kolossali taċ-ċinema klassika. Ladri di Biciclette ġie kkwotat minn Turner Classic Movies bħala wieħed mill-15-il film li kienu l-iktar influwenti fl-istorja taċ-ċinema.
Fl-1957 De Sica ġie nnominat ukoll għall-Oscar għall-Aqwa Attur ta’ Sostenn tar-rwol tiegħu bħala l-Maġġur Rinaldi fl-adattament tar-reġista Amerikan Charles Vidor ta’ A Farewell to Arms ta’ Ernest Hemingway, film li bosta kritiċi maqdruh u li ma mar tajjeb xejn bħala bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema. Ir-reċtar ta’ De Sica ġie meqjus bħala l-aqwa aspett tal-film.[1]
Ħajja u karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa twieled fis-7 ta’ Lulju 1901 f’Sora, Lazio, iben ġenituri Naplitani.[2] Missieru kien uffiċjal tal-Bank tal-Italja u ġie ttrasferit minn Napli għal Sora. De Sica beda l-karriera tiegħu bħala attur fit-teatru fil-bidu tas-snin 20 tas-seklu 20 u ngħaqad mal-kumpanija teatrali ta’ Tatiana Pavlova fl-1923. Fl-1933 huwa waqqaf il-kumpanija tiegħu stess flimkien ma’ martu Giuditta Rissone u Sergio Tofano. Il-kumpanija tellgħet l-iktar kummiedji, iżda tellgħet ukoll reċti ta’ Beaumarchais u ħadmet ma’ reġisti famużi bħal Luchino Visconti.[3]
Avveniment importanti ħafna kien meta De Sica ltaqa’ mal-kittieb tax-xenaġġjaturi Cesare Zavattini: flimkien ħolqu wħud mill-iktar films famużi tal-era Neorealista, fosthom Sciuscià u Ladri di Biciclette (rilaxxat bħala The Bicycle Thief fl-Amerka), li De Sica kien ir-reġista tagħhom.[4]
De Sica deher fis-sensiela televiżiva Brittanika The Four Just Men (1959).[5]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]In-namra li kellu għal-logħob tal-azzard kienet magħrufa sew. Minħabba fiha, spiss tilef ammonti kbar ta’ flus u aċċetta xogħol li kieku ma kienx jinteressah. Hu qatt ma ħeba din in-namra; fil-fatt, ipprojettaha fuq il-karattri tal-films tiegħu stess, fosthom Count Max (li rreċta fih iżda ma kienx ir-reġista) u L'oro di Napoli, kif ukoll f’Generale Della Rovere, film ta’ Rossellini li fih De Sica kellu rwol ta’ protagonista.[6]
Fl-1937 Vittorio De Sica żżewweġ lill-attriċi Giuditta Rissone, u magħha kellu lit-tifla Emilia (Emi). Fl-1942, waqt li kien qed jinġibed Un garibaldino al convento, huwa ltaqa’ mal-attriċi Spanjola María Mercader (il-kuġina ta’ Ramon Mercader, il-qattiel ta’ Leon Trotsky), u kellu relazzjoni extrakonjugali magħha. Wara li ddivorzja minn ma’ Rissone fi Franza fl-1954, huwa żżewweġ lil Mercader fl-1959 fil-Messiku, iżda dan iż-żwieġ ma kienx ikkunsidrat bħala validu skont il-liġi Taljana. Fl-1968 huwa kiseb iċ-ċittadinanza Franċiża u żżewweġ lil Mercader f’Pariġi. Sadanittant, diġà kien kellhom żewġ subien: Manuel, fl-1949, mużiċista, u Christian, fl-1951, li kompla fil-passi ta’ missieru bħala attur u reġista.[7]
Huwa kien Kattoliku Ruman[8] u Komunista.[9][10] Għalkemm iddivorzja, De Sica qatt ma tbiegħed mill-ewwel familja tiegħu. Huwa għex ħajja tal-familja doppja, b’ċelebrazzjonijiet doppji fil-btajjel. Jingħad li fil-Milied u Lejliet l-Ewwel tas-Sena, kien ireġġa’ lura l-arloġġ b’sagħtejn fid-dar ta’ Mercader sabiex ilaħħaq jiċċelebra f’nofsillejl maż-żewġ familji. L-ewwel mara tiegħu qablet li jkomplu jgħixu żwieġ taparsi sabiex bintha ma tibqax bla missier.
Vittorio De Sica miet meta kellu 73 sena wara operazzjoni minħabba kanċer fil-pulmun fl-isptar ta’ Neuilly-sur-Seine f’Pariġi.[11]
Premjijiet u nominazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Vittorio De Sica ngħata l-Interfilm Grand Prix fl-1971 fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin.
- Miracolo a Milano
- Rebbieħ tal-Palma tad-Deheb fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
- Umberto D.
- Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
- Stazione Termini
- Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
- L'oro di Napoli
- Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
- Il Tetto
- Rebbieħ tal-Premju OCIC fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
- Anna di Brooklyn
- Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin
- La Ciociara
- Selezzjoni Uffiċjali fil-Festival tal-Films ta’ Cannes
- Matrimonio all'italiana
- Il Giardino dei Finzi-Contini
- Rebbieħ tal-Ors tad-Deheb fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin
- Rebbieħ tal-Premju Interfilm – Premju tal-Films Otto Dibelius fil-Festival Internazzjonali tal-Films f’Berlin
- Nastro d'Argento fl-1946 bħala l-Aqwa Reġista f’Sciuscià
- Academy Award Onorarju fl-1947 għall-produzzjoni Taljana f’Sciuscià
- Academy Award fl-1949: Premju Speċjali għall-Films b’Lingwa Barranija għal Ladri di Biciclette
- BAFTA (Academy Award Brittaniku) fl-1950 għall-Aqwa Film għal Ladri di Biciclette
- Academy Award fl-1965 għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija għal Ieri, oggi, domani
- Academy Award fl-1972 għall-Aqwa Film b’Lingwa Barranija għal Il giardino dei Finzi-Contini
Filmografija
[immodifika | immodifika s-sors]Filmografija bħala reġista
[immodifika | immodifika s-sors]Titlu | Noti | Rilaxx |
---|---|---|
Rose scarlatte | Koreġista | 1940 |
Maddalena, zero in condotta | 1940 | |
Teresa Venerdì | 1941 | |
Un garibaldino al convento | 1942 | |
I bambini ci guardano | 1944 | |
La porta del cielo | 1945 | |
Sciuscià | Rebbieħ ta’ Academy Award (Premju Speċjali); nominat għal Academy Award, l-Aqwa Xenaġġjatura Oriġinali (Sergio Amidei, Adolfo Franci u Cesare Zavattini) | 1946 |
Cuore | Koreġista | 1948 |
Ladri di biciclette | Rebbieħ ta’ Academy Award (Premju Speċjali); nominat għal Academy Award, l-Aqwa Tfassil tax-Xenaġġjatura (Cesare Zavattini) | 1948 |
Miracolo a Milano | 1951 | |
Umberto D. | Nominat għal Academy Award; l-Aqwa Kitba tat-Trama (Cesare Zavattini) | 1952 |
Stazione Termini | 1953 | |
L'oro di Napoli | 1954 | |
Il Tetto | 1956 | |
Anna di Brooklyn | Koreġista | 1958 |
La Ciociara | Rebbieħ ta’ Academy Award; l-Aqwa Attriċi (Sophia Loren) | 1960 |
Il Giudizio universale | 1961 | |
I sequestrati di Altona | 1962 | |
Boccaccio '70 | Film qasir – is-segment La riffa | 1962 |
Il Boom | 1963 | |
Ieri, oggi e domani | Rebbieħ ta’ Academy Award; l-Aqwa Film b’Lingwa Barranija[13] | 1963 |
Matrimonio all'italiana | Nominat għal Academy Award; l-Aqwa Film b’Lingwa Barranija; l-Aqwa Attriċi (Sophia Loren)[14] | 1964 |
Un monde nouveau | 1966 | |
Caccia alla volpe | 1966 | |
Sette Volte Donna | 1967 | |
Le streghe | Film qasir – is-segment Una sera come le altre | 1967 |
Amanti | 1968 | |
I Girasoli | 1970 | |
Il Giardino dei Finzi-Contini | Rebbieħ ta’ Academy Award; l-Aqwa Film b’Lingwa Barranija[15] | 1970 |
Le Coppie | Film qasir – is-segment Il Leone | 1970 |
Dal referendum alla costituzione: Il 2 giugno | Dokumentarju | 1971 |
I Cavalieri di Malta | Dokumentarju | 1971 |
Lo chiameremo Andrea | 1972 | |
Una Breve vacanza | 1973 | |
Il viaggio | 1974 |
Filmografija bħala attur
[immodifika | immodifika s-sors]- Il processo Clemenceau (1917, ta’ Alfredo De Antoni) fir-rwol tat-tifel Pierre Clémenceau
- La bellezza del mondo (1927, ta’ Mario Almirante)
- La compagnia dei matti (1928, ta’ Mario Almirante) fir-rwol tal-Professur Rosolillo
- La vecchia signora (1932, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ dak li jgħin l-atturi minn taħt l-ilsien f’każ li jeħlu
- Gli uomini, che mascalzoni! (1932, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Bruno
- Due cuori felici (1932, ta’ Baldassarre Negroni) fir-rwol tas-Sur Brown
- Paprika (1933, ta’ Carl Boese)
- Pasa el amor (1933, ta’ Adolf Trotz)
- Lisetta (1934, ta’ Carl Boese) fir-rwol ta’ Fritz Peters
- La canzone del sole (1934, ta’ Max Neufeld (jaħdem ukoll fil-film bil-Ġermaniż Das lied der sonne)) fir-rwol ta’ Dr. Giuseppe Paladino
- Un cattivo soggetto (1933, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol ta’ Willy
- La segretaria per tutti (1933, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Un gagà
- Tempo massimo (1934, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol tal-Professur Giacomo Banti
- Il signore desidera? (1934, ta’ Gennaro Righelli) fir-rwol ta’ Martino
- The Song of the Sun (1934, ta’ Max Neufeld) fir-rwol tal-avukat Paladino
- Darò un milione (1935, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Gold
- Amo te sola (1936, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol tal-Professur Giovanni Agano
- Non ti conosco più (1936, ta’ Nunzio Malasomma) fir-rwol ta’ Dr. Alberto Spinelli
- Lohengrin (1936, ta’ Nunzio Malasomma) fir-rwol ta’ Alfredo
- L'uomo che sorride (1937, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Pio Fardella
- Il signor Max (1937, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Gianni / Max Varaldo
- But It's Nothing Serious (1937, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Memmo Speranza
- Naples of Olden Times (1938, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Mario Esposito
- La mazurka di papà (1938, ta’ Oreste Biancoli) fir-rwol ta’ Stefano San Mauro / it-tifel ta’ San Mauro
- Il Trionfo dell'amore (1938, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Vincenzo
- L'orologio a cucù (1938, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol tal-kaptan Ducci
- Departure (1938, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Paolo Veronda
- They've Kidnapped a Man (1938, ta’ Gennaro Righelli) fir-rwol tal-attur ċinematografiku
- Ai vostri ordini, signora! (1939, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Pietro Haguet
- Naples That Never Die (1939, ta’ Amleto Palermi)
- Questi ragazzi (1939, ta’ Mario Mattoli) fir-rwol ta’ Vincenzo
- Castles in the Air (1939, ta’ Augusto Genina (jaħdem ukoll fil-film bil-Ġermaniż Ins blaue leben)) fir-rwol ta’ Riccardo Pietramola
- Department Store (1939, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ Bruno Zacchi
- It Always Ends That Way (1939, ta’ Enrique Telémaco Susini) fir-rwol ta’ Alberto Miller
- Manon Lescaut (1940, ta’ Carmine Gallone) fir-rwol ta’ Renato Des Grieux
- Two on a Vacation (1940, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol tal-Konti Corrado Valli
- Red Roses (1940, ta’ Giuseppe Amato u Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Alberto Verani
- The Two Mothers (1940, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Salvatore
- The Sinner (1940, ta’ Amleto Palermi) fir-rwol ta’ Pietro Bandelli
- Maddalena, Zero for Conduct (1940, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Alfredo Hartman
- The Adventuress from the Floor Above (1941, ta’ Raffaello Matarazzo) fir-rwol ta’ Fabrizio Marchini
- Teresa Venerdì (1941, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Dr. Pietro Vignali
- Se io fossi onesto (1942, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol ta’ Pietro Kovach
- A Garibaldian in the Convent (1942, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Nino Bixio (mhux kreditat)
- La guardia del corpo (1942, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol tal-investigatur privat Riccardo
- Non sono superstizioso... ma! (1943, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol tal-Baruni Roberto
- I nostri sogni (1943, ta’ Vittorio Cottafavi) fir-rwol ta’ Leo
- Nessuno torna indietro (1945, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol ta’ Maurizio
- L'ippocampo (1945, ta’ Gian Paolo Rosmino (u assistent tar-reġista, mhux kreditat)) fir-rwol ta’ Pio Sandi
- Vivere ancora (1945, ta’ Nino Giannini)
- Lo sbaglio di essere vivo (1945, ta’ Carlo Ludovico Bragaglia) fir-rwol ta’ Adriano Lari
- Roma città libera (1946, ta’ Marcello Pagliero) fir-rwol ta’ Il signore distinto
- Abbasso la ricchezza! (1946, ta’ Gennaro Righelli fir-rwol tal-Konti Ghirani
- Natale al campo 119 (1947, ta’ Pietro Francisci fir-rwol ta’ Don Vicenzino
- Sperduti nel buio (1947, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol ta’ Nunzio
- Lo Sconosciuto di San Marino (1948, ta’ Michal Waszynski u Vittorio Cottafavi) fir-rwol tal-ateu Leo
- Cuore (1948, ta’ Duilio Coletti (producer and script too)) fir-rwol tal-Professur Perboni
- Il mondo vuole così (1949, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol ta’ Paolo Morelli
- Domani è troppo tardi (1949, ta’ Léonide Moguy fir-rwol tal-Professur Landi
- Cameriera bella presenza offresi... (1951, ta’ Giorgio Pàstina) fir-rwol ta’ Leonardo Leonardi
- Mamma Mia, What an Impression! (1951, ta’ Roberto Savarese)
- Buongiorno, elefante! (1952, ta’ Gianni Franciolini (produttur ukoll)) fir-rwol ta’ Carlo Caretti
- Gli uomini non guardano il cielo (1952, ta’ Umberto Scarpelli)
- In Olden Days (1952, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol tal-avukat difensur (is-segment "Il processo di Frine")
- The Earrings of Madame de... (1953, ta’ Max Ophüls) fir-rwol tal-Baruni Fabrizio Donati
- Villa Borghese (1953, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol tal-avukat Arturo Cavazzuti (is-segment: Incidente a Villa Borghese)
- Pane, amore e fantasia (1953, ta’ Luigi Comencini) fir-rwol tal-Marexxall Carotenuto
- Il matrimonio (1954, ta’ Antonio Petrucci) fir-rwol ta’ Gregory Stefanovich Smirnov
- Cento anni d'amore (1954, ta’ Lionello De Felice) fir-rwol tad-Duka Giovanni del Bagno magħruf ukoll bħala s-Sur Pallini (is-segment "Pendolin")
- Gran Varietà (1954, ta’ Domenico Paolella) fir-rwol ta’ Veneziani (is-segment "Il censore")
- A Slice of Life (1954, ta’ Alessandro Blasetti u Paul Paviot) fir-rwol tal-Konti Ferdinando (is-segment "Don Corradino")
- Il letto (1954, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol ta’ Roberto (is-segment "Le Divorce")
- Vergine moderna (1954, ta’ Marcello Pagliero) fir-rwol ta’ Antonio Valli
- Allegro squadrone (1954, ta’ Paolo Moffa) fir-rwol tal-Ġeneral
- Pane, amore e gelosia (1954, ta’ Luigi Comencini) fir-rwol tal-Marexxall Carotenuto
- L'oro di Napoli (1954, ta’ Vittorio De Sica) fir-rwol tal-Konti Prospero B. (is-segment "I giocatori") (mhux kreditat)
- Peccato che sia una canaglia (1954, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol ta’ Vittorio Stroppiani
- Il segno di Venere (1955, ta’ Dino Risi) fir-rwol ta’ Alessio Spano
- Gli ultimi cinque minuti (1955, ta’ Giuseppe Amato) fir-rwol ta’ Carlo Reani
- La bella mugnaia (1955, ta’ Mario Camerini) fir-rwol tal-gvernatur Don Teofilo
- Racconti romani (1955, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol tal-avukat Mazzoni Baralla
- Pane, amore e... (1955, ta’ Dino Risi) fir-rwol tal-Kmandant Carotenuto
- Lucky to Be a Woman (1955, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol ta’ Minor Role (mhux kreditat)
- Il bigamo (1956, ta’ Luciano Emmer) fir-rwol tal-Onorevoli Prinċep
- I giorni più belli (1956, ta’ Mario Mattoli)
- Mio figlio Nerone (1956, ta’ Steno) fir-rwol ta’ Seneca
- Tempo di villeggiatura (1956, ta’ Antonio Racioppi) fir-rwol ta’ Aristide Rossi
- The Monte Carlo Story (1956, ta’ Samuel Taylor u Giulio Macchi) fir-rwol tal-Konti Dino della Fiaba
- Noi siamo le colonne (1956, ta’ Luigi Filippo D'Amico) fir-rwol ta’ Alfredo Celimontani
- Padri e figli (1957, ta’ Mario Monicelli) fir-rwol ta’ Vincenzo Corallo
- I colpevoli (1957, ta’ Turi Vasile) fir-rwol ta’ Giorgio
- Souvenir d'Italie (1957, ta’ Antonio Pietrangeli) fir-rwol tal-Konti
- Count Max (1957, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol tal-Konti Max Orsini Varaldo
- Casinò de Paris (1957, ta’ André Hunebelle) fir-rwol ta’ Alexandre Gordy
- La donna che venne dal mare (1957, ta’ Francesco De Robertis) fir-rwol ta’ Console Bordogin
- Il medico e lo stregone (1957, ta’ Mario Monicelli) fir-rwol ta’ Antonio Locoratolo
- A Farewell to Arms (1957, ta’ Charles Vidor (nominat għall-Oscar għall-Aqwa Attur ta’ Sostenn) fir-rwol tal-Maġġuri Alessandro Rinaldi
- Vacanze a Ischia (1957, ta’ Mario Camerini) fir-rwol tal-Inġinier Occhipinti
- Totò, Vittorio e la dottoressa (1957, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol ta’ Marchese De Vitti
- Amore e chiacchiere (1958, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol tal-avukat Bonelli
- Domenica è sempre domenica (1958, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol tal-Kmandant Castaldi
- Anna of Brooklyn (1958, ta’ Carlo Lastricati u Vittorio De Sica) fir-rwol ta’ Don Luigi
- Pezzo, capopezzo e capitano (1958, ta’ Wolfgang Staudte) fir-rwol tal-Kmandant Ernesto De Rossi
- Ballerina e buon Dio (1958, ta’ Antonio Leonviola) fir-rwol t’Alla
- Gli zitelloni (1958, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol tal-professur
- Pane, amore e Andalusia (1958, ta’ Javier Setó) fir-rwol tal-Marexxall Carotenuto
- La ragazza di Piazza San Pietro (1958, ta’ Piero Costa) fir-rwol ta’ Armando Conforti
- La prima notte (1959, ta’ Alberto Cavalcanti) fir-rwol ta’ Alfredo
- Il nemico di mia moglie (1959, ta’ Gianni Puccini) fir-rwol ta’ Ottavio Terenzi, missier Marco
- Uomini e nobiluomini (1959, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol ta’ Marchese Nicola Peccori Macinelli di Afragola
- Vacanze d'inverno (1959, ta’ Camillo Mastrocinque) fir-rwol ta’ Maurice
- Il mondo dei miracoli (1959, ta’ Luigi Capuano) fir-rwol tar-reġista Pietro Giordani
- Il moralista (1959, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol tal-President
- Il generale della Rovere (1959, ta’ Roberto Rossellini) fir-rwol ta’ Bardone magħruf ukoll bħala 'Grimaldi'
- Ferdinando I, re di Napoli (1959, ta’ Gianni Franciolini) fir-rwol ta’ Salvatore Caputo
- Nel blu dipinto di blu (1959, ta’ Piero Tellini) fir-rwol ta’ Spartaco
- Policarpo, ufficiale di scrittura (1959, ta’ Mario Soldati)
- Gastone (1960, ta’ Mario Bonnard) fir-rwol tal-prinċep
- The Angel Wore Red (1960, ta’ Nunnally Johnson u Mario Russo) fir-rwol tal-Ġeneral Clave
- Austerlitz (1960, ta’ Abel Gance) fir-rwol tal-Papa Piju VII
- It Started in Naples (1960, ta’ Melville Shavelson) fir-rwol ta’ Mario Vitale
- Le tre eccetera del colonnello (1960, ta’ Claude Boissol) fir-rwol tal-Kurunell Belalcazar
- Le pillole di Ercole (1960, ta’ Luciano Salce) fir-rwol ta’ Piero Cuocolo
- The Millionairess (1960, ta’ Anthony Asquith) fir-rwol ta’ Joe
- Il vigile (1960, ta’ Luigi Zampa) fir-rwol tas-sindku
- Un amore a Roma (1960, ta’ Dino Risi) fir-rwol tar-reġista
- Gli attendenti (1961, ta’ Giorgio Bianchi) fir-rwol ta’ attur tal-comics
- L'onorata società (1961, ta’ Riccardo Pazzaglia) fir-rwol ta’ Salvatore 'Capintesta'
- Vive Henri IV, vive l'amour (1961, ta’ Claude Autant-Lara) fir-rwol tal-ambaxxatur ta’ Spanja
- The Last Judgment (1961, Vittorio De Sica) fir-rwol tal-avukat difensur
- The Wonders of Aladdin (1961, ta’ Mario Bava u Henry Levin) fir-rwol tal-ġenju
- Gli incensurati (1961, ta’ Francesco Giaculli) fir-rwol tal-Kurunell Filippo Bitossi
- I due marescialli (1961, ta’ Sergio Corbucci) fir-rwol tal-Marexxall Vittorio Cottone
- La Fayette (1962, ta’ Jean Dréville) fir-rwol ta’ Bancroft
- Eva (1962, ta’ Joseph Losey u Guidarino Guidi) (mhux kreditat)
- The Amorous Adventures of Moll Flanders (1965, ta’ Terence Young) fir-rwol tal-Konti
- Io, io, io... e gli altri (1966, ta’ Alessandro Blasetti) fir-rwol tal-Kommendatur Trepossi
- Un italiano in America (1967, ta’ Alberto Sordi) fir-rwol ta’ missier Giuseppe
- After the Fox (1966, Vittorio De Sica) fir-rwol tiegħu nnifsu (mhux kreditat)
- Gli altri, gli altri e noi (1967, ta’ Maurizio Arena)
- The Biggest Bundle of Them All (1968, ta’ Ken Annakin) fir-rwol ta’ Cesare Celli
- Darling Caroline (1968, ta’ Denys de la Patellière) fir-rwol tal-Konti ta’ Bièvre - missier Caroline
- The Shoes of the Fisherman (1968, ta’ Michael Anderson) fir-rwol tal-Kardinal Rinaldi
- If It's Tuesday, This Must Be Belgium (1969, ta’ Mel Stuart) fir-rwol tal-iskarpan
- The Thirteen Chairs (1969, ta’ Nicolas Gessner u Luciano Lucignani) fir-rwol tal-Kommendatur Carlo De Seta
- Cose di Cosa Nostra (1970, ta’ Steno) fir-rwol ta’ Don Michele
- Io non-vedo, tu non-parli, lui non-sente (1971, ta’ Mario Camerini) fir-rwol ta’ lagħbi fil-kasinò ta’ Venezja
- Trastevere (1971, ta’ Fausto Tozzi) fir-rwol ta’ Enrico Formichi
- Siamo tutti in libertà provvisoria (1972, ta’ Manlio Scarpelli) fir-rwol ta’ Giuseppe Mancini 'Pulcinella'
- Ettore lo fusto (1972, ta’ Enzo G. Castellari) fir-rwol ta’ Ġove
- Snow Job (1972, ta’ George Englund) fir-rwol ta’ Enrico Dolphi
- L'odeur des fauves (1972, ta’ Richard Balducci) fir-rwol ta’ Milord
- Le avventure di Pinocchio (1972, ta’ Luigi Comencini (fil-verżjoni għat-TV u fil-film)) fir-rwol tal-imħallef
- The Small Miracle (1973, film għat-TV, ta’ Jeannot Szwarc) fir-rwol ta’ Patri Damico
- Storia de fratelli e de cortelli (1973, ta’ Mario Amendola) fir-rwol tal-Marexxall Cenciarelli
- Il delitto Matteotti (1973, ta’ Florestano Vancini) fir-rwol ta’ Mauro Del Giudice
- Viaggia, ragazza, viaggia, hai la musica nelle vene (1973, ta’ Pasquale Squitieri)
- Blood for Dracula (1974, ta’ Paul Morrissey u Antonio Margheriti) fir-rwol tal-Markiż Di Fiore
- C'eravamo tanto amati (1974, ta’ Ettore Scola) fir-rwol tiegħu nnifsu
- Intorno (1974, Film qasir ta’ Manuel De Sica)
- L'eroe (1976, film għat-TV ta’ Manuel De Sica) (rwol finali fil-film)
Nota: f’ħafna sorsi, Fontana di Trevi ta’ Carlo Campogalliani (1960) u La bonne soupe ta’ Robert Thomas (1964) huma inklużi iżda De Sica ma jidhirx f’dawk il-films.
Attur fit-televiżjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- The Four Just Men, ta’ Sapphire Films (1959) (10 minn 39 episodju)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "A Farewell to Arms". TVGuide.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
- ^ "Foto e lettere inedite di De Sica, il ciociaro cosmopolita che voleva essere napoletano". Corriere del Mezzogiorno (bit-Taljan). Miġbur 2021-07-08.
- ^ Cardullo, Bert (2002). Vittorio De Sica: Director, Actor, Screenwriter. Jefferson, North Carolina: McFarland & Company. p. 29. ISBN 0-7864-1135-X.
- ^ Cardullo, Bert (2002). Vittorio De Sica: Director, Actor, Screenwriter. Jefferson, North Carolina: McFarland & Company. pp. 128, 164. ISBN 0-7864-1135-X.
- ^ Curle, Howard; Snyder, Stephen (2000). Vittorio De Sica: Contemporary Perspectives. Toronto: University of Toronto Press. p. 12. ISBN 0-8020-0654-X.
- ^ Bondanella, Peter (1993). The Films of Roberto Rossellini. Cambridge: Cambridge University Press. p. 119. ISBN 0-521-39236-5.
- ^ Cardullo, Bert (2002). Vittorio De Sica: Director, Actor, Screenwriter. Jefferson, North Carolina: McFarland & Company. p. 3. ISBN 0-7864-1135-X.
- ^ "Famous Catholics". web.archive.org. 2012-02-14. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-14. Miġbur 2021-07-08.
- ^ "All about my father". Haaretz.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
- ^ Gino Moliterno (2000). Encyclopedia of Contemporary Italian Culture. Routledge. p. 409. ISBN 9780415145848.
- ^ "Vittorio De Sica, 7 3, Dies; Neorealist Movie Director" (bl-Ingliż). 1974-11-14. Miġbur 2021-07-08.
- ^ "1965 :: 34th Moscow International Film Festival". web.archive.org. 2013-01-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-01-16. Miġbur 2021-07-08.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "The 37th Academy Awards | 1965". Oscars.org | Academy of Motion Picture Arts and Sciences (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
- ^ "The 38th Academy Awards | 1966". Oscars.org | Academy of Motion Picture Arts and Sciences (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.
- ^ "The 44th Academy Awards | 1972". Oscars.org | Academy of Motion Picture Arts and Sciences (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-08.