Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Yuliya Gushchina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Yuliya Gushchina
Ħajja
Twelid Novocherkassk (en) Translate, 4 Marzu 1983 (41 sena)
Nazzjonalità Russja
Familja
Konjuga/i Ivan Buzolin (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni veloċista
atleta kompetittiva
Mudell:Infobox biography/sport/athletics
Piż 59 kg
Tul 173 cm
Premjijiet

Yuliya Aleksandrovna Gushchina (bir-Russu: Ю́лия Александровна Гу́щина, twieldet fl-4 ta' Marzu 1983 f'Novocherkassk, l-Oblast ta' Rostov) hija atleta veloċista Russa li tispeċjalizza fit-tlielaq tal-200 metru.[1][2]

Fit-30 ta' Novembru 2017, ir-riżultati tagħha mil-Logħob Olimpiku tal-2012 ġew skwalifikati minħabba li rriżultat pożittiva għat-test tad-doping.[3]

Gushchina rrappreżentat lir-Russja fil-Logħob Olimpiku tal-2008 f'Beijing u kkompetiet fir-relay tal-4x100 metru, flimkien ma' Aleksandra Fedoriva, Yuliya Chermoshanskaya u Yevgeniya Polyakova. Fit-tieni round tal-kwalifikazzjoni ġew it-tieni wara l-Ġamajka, iżda qabel il-Ġermanja u ċ-Ċina. Permezz ta' dan ir-riżultat ikkwalifikaw għall-finali fejn lestew it-tellieqa fi 42.31 sekonda, u b'hekk ġew l-ewwel u rebħu l-medalja tad-deheb. Il-Belġju u n-Niġerja ġew it-tieni u t-tielet. It-tim tal-Ġamajka ma lestiex it-tellieqa minħabba żball huma u jgħaddu t-tubu tat-tellieqa lil xulxin.[1] F'Awwissu 2016, il-medalja tad-deheb ta' Gushchina u t-tliet atleti Russi sħabha l-oħra fil-Logħob Olimpiku ġiet irrevokata minħabba ksur tar-regoli dwar id-doping min-naħa ta' Chermoshanskaya.[4][5]

Wara t-tħabbira tal-2017 tal-iskwalifikazzjoni tat-tim Russu tal-4x400 tal-2012, minħabba ksur tar-regoli dwar id-doping min-naħa ta' Antonina Krivoshapka, it-tliet medalji Olimpiċi ta' Gushchina ġew irrevokati.

Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2009 li saru f'Berlin, Gushchina bidlet mit-tellieqa tal-400 metru għal dik tal-200 metru u kkompetiet sas-semifinali iżda bi żbrixx ma għaddietx għal finali. Fir-relay tal-4x100 metru, ir-Russja ġiet ir-raba' fil-finali u dan kien diżappunt kbir. Fl-ewwel post ġiet il-Ġamajka, fit-tieni l-Bahamas u fit-tielet il-Ġermanja.

Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-2013, matul iċ-ċerimonja tal-għoti tal-medalji għar-relay tal-4x100 metru tan-nisa, ittieħdu ritratti ta' Kseniya Ryzhova u Yuliya Gushchina jbusu lil xulxin fuq ix-xofftejn u dawn saru popolari ferm fuq il-midja soċjali. Dawn ġew interpretati bħala protesta fir-rigward tal-liġijiet kontra l-persuni omosesswali fir-Russja.[6] Kemm Ryzhova kif ukoll Gushchina ċaħdu kwalunkwe intenzjoni li jagħmlu tali protesta, u qalu li sempliċement kienu ferħanin se jtiru bis-suċċess atletiku li kisbu, u stqarru li t-tnejn kienu miżżewġin ma' rġiel.[7] Għalkemm il-mezzi tax-xandir iffukaw fuq Ryzhova u Gushchina, l-erba' atleti Russi tar-relay biesu lil xulxin fuq ix-xofftejn għal żmien qasir meta ngħataw il-medalji.[8] Ryzhova ddeskriviet l-allegazzjonijiet tal-konnessjoni tagħha mal-LGBT bħala insult.[9] Il-Ministru Russu għall-Isport, Vitaly Mutko, qal li l-mezzi tax-xandir tal-Punent kienu kabbru l-kwistjoni żżejjed, u saħaq li r-relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess mhumiex illegali fir-Russja u li l-mezzi tax-xandir lokali ma għamlux l-istess għagħa li għamlu dawk tal-Punent.[10]

Kompetizzjonijiet internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Tirrappreżenta lir-Russja
Sena Kompetizzjoni Post Pożizzjoni Avveniment Ħin Noti
2002 Kampjonati tad-Dinja taż-Żgħar Kingston, il-Ġamajka il-11-il-post (sf) 200 m 24.12 riħ: +0.4 m/s
it-tielet 4 × 400 m relay 3:30.72
2003 Kampjonati Ewropej ta' taħt it-23 sena Bydgoszcz, il-Polonja il-ħames 200 m 23.59 riħ: 1.0 m/s
l-ewwel 4 × 400 m relay 3:29.55
2005 Kampjonati Ewropej fuq Ġewwa Madrid, Spanja 200 m DQ
Kampjonati tad-Dinja Helsinki, il-Finlandja is-sitt 200 m 22.75
4 × 100 m relay DNF
Finali Dinjija tal-Atletika Monte Carlo, Monaco is-sitt 200 m 23.18
2006 Kampjonati Ewropej Gothenburg, l-Iżvezja il-ħames 100 m 11.31
it-tieni 200 m 22.93
l-ewwel 4 × 100 m relay 42.71
2007 Kampjonati Ewropej fuq Ġewwa Birmingham, ir-Renju Unit is-17-il post (h) 60 m 7.31
Kampjonati tad-Dinja Osaka, il-Ġappun il-ħames 4 × 100 m relay 42.97
2008 Kampjonati tad-Dinja fuq Ġewwa Valencia, Spanja l-ewwel 4 × 400 m relay 3:28.17
Logħob Olimpiku Beijing, iċ-Ċina ir-raba' 400 m 50.01
skwalifika (l-ewwel) 4 × 100 m relay 42.31
skwalifika (it-tieni) 4 × 400 m relay 3:18.82
2009 Kampjonati tad-Dinja Berlin, il-Ġermanja is-17-il post (sf) 200 m 23.24
ir-raba' 4 × 100 m relay 43.00
2010 Kampjonati Ewropej Barċellona, Spanja il-ħames 4 × 100 m relay 42.91
2011 Kampjonati tad-Dinja Daegu, il-Korea t'Isfel it-18-il post (sf) 200 m 23.26
is-sitt 4 × 100 m relay 42.93
2012 Kampjonati tad-Dinja fuq Ġewwa Istanbul, it-Turkija it-tielet 4 × 400 m relay 3:29.55
2013 Kampjonati tad-Dinja Moska, ir-Russja skwalifika (l-ewwel) 4 × 400 m relay 3:20.19

L-aqwa ħinijiet personali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • 100 metru – 11.13 s (2006)
  • 200 metru – 22.53 s (2005)
  • 400 metru – 49.28 s (2012)
  1. ^ a b "Athlete - The official website of the BEIJING 2008 Olympic Games". web.archive.org. 2008-08-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-08-28. Miġbur 2021-05-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Yuliya GUSHCHINA | Profile". www.worldathletics.org. Miġbur 2021-05-05.
  3. ^ "Full decision regarding Yulia Gushchina at International Olympic Committee" (PDF).
  4. ^ "Payne, Marissa. "Russia stripped of 4×100 gold medal from 2008 Olympics because of doping". washingtonpost.com".
  5. ^ "IOC sanctions Yulia Chermoshanskaya for failing anti-doping test at Beijing 2008". International Olympic Committee (bl-Ingliż). 2021-04-28. Miġbur 2021-05-05.
  6. ^ "World Athletics Championships 2013: gay row 'invented by Western media' insists Russian sports minister". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2021-05-05.
  7. ^ "Russian athlete denies kiss with relay partner was in protest at anti-gay law". the Guardian (bl-Ingliż). 2013-08-19. Miġbur 2021-05-05.
  8. ^ "VIDEO: Russian relay team kiss on podium in Moscow, World Athletics Championships 2013. 3 News".
  9. ^ "Рыжова: западные СМИ оскорбили и нас с Юлей, и всю федерацию". Газета.Ru (bir-Russu). Miġbur 2021-05-05.
  10. ^ Palmer, Justin (2013-08-18). "Russia's anti-gay law uproar an "invented problem" - minister" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-05.