Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Bolgar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Bolgar
 Russja
Amministrazzjoni
Stat sovranRussja
Republic of RussiaTatarstan
Municipal districtDistrett ta' Spassky
Isem uffiċjali Болгар
Спасск
Ismijiet oriġinali Болгар
Kodiċi postali 422840
Ġeografija
Koordinati 54°58′00″N 49°02′00″E / 54.9667°N 49.0333°E / 54.9667; 49.0333Koordinati: 54°58′00″N 49°02′00″E / 54.9667°N 49.0333°E / 54.9667; 49.0333
Bolgar is located in Russja
Bolgar
Bolgar
Bolgar (Russja)
Superfiċjenti 116 kilometru kwadru
Għoli 80 m
Demografija
Popolazzjoni 8,285 abitanti (2021)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1 millennium
Kodiċi tat-telefon 84347
Żona tal-Ħin UTC+3
spasskiy.tatarstan.ru…

Bolgar (bir-Russu: Болгар; bil-lingwa tat-Tatari: Болгар) hija belt u ċentru amministrattiv tad-Distrett ta' Spassky fir-Repubblika tat-Tatarstan, ir-Russja, li tinsab max-xatt tax-xellug tax-xmara Volga, 140 kilometru (87 mil) minn Kazan. Skont iċ-ċensiment tal-2010, il-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 8,650 ruħ.[1]

Qabel kienet magħrufa bħala Spassk (sal-1926), bħala Spassk-Tatarsky (sal-1935), u bħala Kuybyshev (sal-1991).[2]

Il-monumenti skavati ta' Bolgar, il-belt kapitali Medjevali tal-Volga Bulgaria, jinsabu qrib il-belt. Il-belt moderna ta' Spassk (Спасск) ġiet iffurmata mill-villaġġ ta' Spassk (Chertykovo) max-xatt tax-xmara Bezdna fl-1781. Il-belt ingħatat l-isem ġdid ta' Spassk-Tatarsky (Спасск-Татарский) fl-1926, u mbagħad ingħatat l-isem ta' Kuybyshev Куйбышев), f'ġieħ Valerian Kuybyshev, fl-1935, qabel ma ngħatat l-isem attwali fl-1991. Il-belt kienet iċ-ċentru amministrattiv distrettwali mill-1930.[3]

Fl-1957, minħabba l-kostruzzjoni tal-Ġibjun ta' Kuybyshev u l-għargħar ta' Spassk oriġinali, il-belt ġiet ittrasferita mill-post tal-istabbiliment tagħha għal post eqreb Bolgar storika.

Fl-1991, il-belt ingħatat l-isem ta' Bolgar f'ġieħ il-fdalijiet tal-belt Medjevali ta' Bolgar fil-qrib (il-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar).

Mill-2010, bl-inizjattiva u s-superviżjoni tal-ewwel President tar-Repubblika tat-Tatarstan Mintimer Shaimiev, il-programm kumpless "Wirt Kulturali: il-Gżira-Belt ta' Sviyazhsk u Bolgar tal-Qedem" ġie implimentat f'Bolgar. Il-programm kien jinvolvi l-konservazzjoni tal-wirt arkitettoniku u arkeoloġiku ta' Bolgar, u l-iżvilupp tal-infrastruttura turistika. Il-programm kiseb ir-riżultati li ġejjin:

  • ġew ikkonservati l-monumenti arkitettoniċi ewlenin fosthom il-Minaret Żgħir, il-Katidral-Moskea, is-Santwarju tal-Khan, il-Mawżolew tal-Lvant, il-Mawżolew tat-Tramuntana, is-Sala tal-Lvant, il-Knisja tat-Tlugħ is-Sena;
  • ġew ikkonservati l-fdalijiet arkeoloġiċi ewlenin fosthom il-Palazz tal-Khan, il-Banju Nru 2 u l-Fran tal-Bċejjeċ tal-Fuħħar;
  • inbniet l-infrastruttura tat-turiżmu u tar-riċerka, inkluż Stazzjon max-Xmara, il-Mużew taċ-Ċivilizzazzjoni Bulgara, is-Sinjal ta' Mafkar f'ġieħ l-adozzjoni tal-Iżlam fil-Volga Bulgaria, il-Moskea l-Bajda, id-Dar tal-Fejjieq u l-Ħwienet tal-Artiġjani, iċ-Ċentru Internazzjonali għar-Riċerka Arkeoloġika, l-Iskola Arkeoloġika Internazzjonali, u l-Mużew tal-Ħobż;
  • ittellgħu wirjiet ġodda fil-mużewijiet, inkluż Mużew fil-Beraħ dwar il-Kitba Torka-Tatara u l-Artiġjanat Medjevali tal-Belt ta' Bolgar;
  • ġew ikkonservati diversi djar mat-Toroq ta' Nazarovykh u ta' Mukhamedyara, li attwalment qed jerġgħu jintużaw bħala kafetterija u bħala mużewijiet;
  • ġie rinnovat ix-xatt tax-xmara Volga u l-istazzjon tax-xmara sal-Bir ta' San Abram ġie mtejjeb b'faċilitajiet interattivi tal-edukazzjoni dwar il-wirt ta' Bolgar.[4]

Status amministrattiv u muniċipali

[immodifika | immodifika s-sors]

Fi ħdan il-qafas tad-diviżjonijiet amministrattivi, Bolgar hija ċ-ċentru amministrattiv tad-Distrett ta' Spassky, u hija subordinata għalih direttament. Bħala diviżjoni muniċipali, il-belt ta' Bolgar, flimkien mas-selo ta' Bolgary, hija inkorporata fi ħdan id-Distrett Muniċipali ta' Spassky bħala l-Insedjament Urban ta' Bolgar.

Sal-1997, l-impriżi industrijali tal-belt kienu jinkludu fabbrika tal-laħam, forn tal-ħami, birrerija, fabbrika tal-ilbies, u impriża tal-forestrija. L-eqreb stazzjon ferrovjarju huwa dak ta' Cherdakly fil-linja ta' Ulyanovsk–Ufa, 71 kilometru (44 mil) fin-Nofsinhar ta' Bolgar.

Mill-2010, il-fluss tat-turiżmu lejn Bolgar żdied b'madwar 20 darba: fl-2010 Bolgar laqgħet lil 50,000 turist, u fl-2018 Bolgar laqgħet saħansitra 541,000 ruħ.[5] Fl-2016, Bolgar saret l-iżjed belt turistika popolari tar-Russja.[6]

Popolazzjoni ta' Bolgar
Ċensiment tal-2010 8,650 ruħ
Ċensiment tal-2002 8,655 ruħ
Ċensiment tal-1989 8,397 ruħ
Ċensiment tal-1979 8,383 ruħ

Mill-1989, il-popolazzjoni etnikament kienet l-iktar Russa (83.4 %), Tatara (12.9 %) u Chuvash (2.1 %).

Mill-2018, il-belt laħqet id-989 post minn 1,113-il belt u raħal tal-Federazzjoni Russa, f'termini ta' għadd ta' abitanti.

Attrazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
Veduta tal-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar qabel l-implimentazzjoni tal-programm tal-kumpless.

Il-belt tmiss mal-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar li tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2014.[7] Il-wirt arkitettoniku u arkeoloġiku jitqies bħala evidenza tal-belt Medjevali ta' Bolgar, li kienet teżisti fis-sekli 7-15 bħala ċentru politiku ewlieni tal-Volga Bulgaria u bħala l-ewwel belt kapitali tal-Ġemgħa tad-Deheb. Is-sit għandu wkoll valur reliġjuż sinifikanti bħala post simboliku tal-adozzjoni tal-Iżlam mill-Volga Bulgaria fid-922 u hija post ta' pellegrinaġġ għall-Musulmani Tatari.[7] Il-monumenti storiċi li ġejjin jinsab fil-kumpless arkitettoniku u arkeoloġiku ta' Bolgar:

  • il-Mawżolew tat-Tramuntana;
  • il-Mawżolew tal-Lvant;
  • il-Katidral-Moskea;
  • il-Minaret il-Kbir (rikostruzzjoni);
  • il-Knisja tat-Tlugħ is-Sema (attwalment topera bħall-Mużew tal-Istorja tal-Knisja tat-Tlugħ is-Sema);
  • il-Minaret iż-Żgħir u s-Santwarju tal-Khan;
  • il-Palazz tal-Khan;
  • is-Sala s-Sewda;
  • is-Sala tal-Lvant;
  • is-Sala l-Bajda;
  • il-Banju Nru 2;
  • il-Banju Nru 3;
  • is-Sala l-Ħamra.

Il-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar huwa ġestit mill-Mużew u mir-Riżerva Statali Storiċi u Arkitettoniċi ta' Bolgar, bil-mużewijiet li ġejjin fi ħdan is-sit:

  • il-Mużew taċ-Ċivilizzazzjoni Bulgara;
  • il-Mużew tal-Koran (is-Sinjal ta' Mafkar f'ġieħ l-adozzjoni tal-Iżlam mill-Volga Bulgaria);
  • il-Mużew tad-Dar tal-Fejjieq;
  • il-Mużew tal-Istorja tal-Knisja tat-Tlugħ is-Sema;
  • il-Mużew fil-Beraħ tal-Kitba Torka-Tatara;
  • il-Mużew tal-Festin tat-Te ta' Bolgar;
  • il-Mużew tal-Belt max-Xmara;
  • il-Mużew tan-Nobbiltà ta' Spassky Uyezd;
  • il-Mużew ta' Abdullah Alish;
  • ix-Xatt Storiku Interattiv;
  • il-Bir ta' San Abram.

Hemm diversi attrazzjonijiet li jinsabu qrib il-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar:

  • il-Mużew tal-Ħobż;
  • il-Belt iż-Żgħira;
  • ir-Razzett tal-Iġmla.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar.

Il-Kumpless Storiku u Arkeoloġiku ta' Bolgar ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2014.[7]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[7]

  1. ^ Russian Federal State Statistics Service (2011). Всероссийская перепись населения 2010 года. Том 1 [2010 All-Russian Population Census, vol. 1]. Всероссийская перепись населения 2010 года [2010 All-Russia Population Census] (bir-Russu). Federal State Statistics Service.
  2. ^ Энциклопедия Города России. Moscow: Большая Российская Энциклопедия. 2003. p. 61. ISBN 5-7107-7399-9.
  3. ^ Inhabited Localities of the Republic of Tatarstan, p. 246.
  4. ^ "Итоги". Республиканский Фонд возрождения памятников истории и культуры Республики Татарстан (bir-Russu). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-04-28. Miġbur 2024-04-28.
  5. ^ "За минувший год Болгар и Свияжск посетили более миллиона туристов". Новости Татарстана и Казани - Татар-информ (bir-Russu). Miġbur 2024-04-28.
  6. ^ ТурСтат (2017-06-08). "Самые Малые Города России, Популярные Для Путешествий — ТурСтат" (bir-Russu). Miġbur 2024-04-28.
  7. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Bolgar Historical and Archaeological Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-28.