Liebru ta' denbu iswed
Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed | |
---|---|
Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed Lepus californicus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus |
Speċi: | L. californicus |
Isem binominali | |
Lepus californicus Gray, 1837 | |
Sottospeċi | |
Il-Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed li hu magħruf xjentifikament bħala Lepus californicus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u jinsab mifrux fil-kotinent ta' l-Amerika ta' fuq.
Dan il-liebru huwa speċi komuni b' distribuzzjoni fil-Punent ta' l-Istati unijti u fil-Messiku, f' elevazzjoni ta' minn dik tal-baħar sa 'l fuq minn 3000 metru.
Bħal-fniek ħmir oħrajn, il-Fenek ħmar ta' denbu iswed għandu par widnejn enormi bit-truf suwed li ma' tista titfixkilhom ma xejn u par saqajn ta' wara twal u b' saħħithom ħafna. Il-pil huwa ta' lewn kannell fl' isfar skur imnaqqax bl-iswed b' linja sewda tul id-dahru kollur bid-denb iswed fuq in-naħa ta' fuq u abjad fin-naħa t' isfel.
Il-Fenek ħmar ta' denbu iswed huwa it-3 l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq wara l-Fenek ħmar antilopu u l-Fenek ħmar ta' denbu abjad, fejn adult kapaċi jilaħħaq id-daqs ta' 60 ċentimetru f' tul u bejn 1.5 u 4 kilogrammi f' piż.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-liebru huwa 1 minn 8 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 6 sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed Lepus californicus
- Sottospeċi
- Lepus californicus californicus (Gray, 1838)
- Lepus californicus deserticola (Mearns, 1896)
- Lepus californicus insularis (Bryant, 1891)
- Lepus californicus magdalenae (Nelson, 1907)
- Lepus californicus melanotis (Mearns, 1890)
- Lepus californicus texianus (Waterhouse, 1848)
- Liebru ta' denbu iswed jew Fenek ħmar ta' denbu iswed Lepus californicus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Gallarija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Lepus californicus moħbi fl-ambjent ta' madwaru
-
Lepus californicus f' Henry Doorly Zoo
-
Lepus californicus jixrob
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus californicus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.