Iraċ
Hyraxes Firxa tal-fossili: Kmieni fl-Eocene sa Reċenti | |
---|---|
Iraċ ta' Kap Procavia capensis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Paenungulata |
Ordni: | Hyracoidea (Huxley, 1869) |
Familja: | Procaviidae (Thomas, 1892) |
Ġeneri | |
Iraċ, ħirax jew kif jissejjaħ ukoll prokavja jista' jkun 1 minn 5 speċijiet ta' mammiferi plaċentati, erbivori, pjutost żgħar u robusti tal-ordni Hyracoidea. Dawn il-ħirakojdi llum il-ġurnata jinsabu mifruxin mal-kontinent Afrikan u fil-Lvant nofsani fl-Asja. Għalkemm fid-dehra tagħhom minn barra l-iraċi moderni, m' għandhom xejn eċċezjonali, ta' minn jgħid li l-linjaġġ prejstoriku tal-ordni kien wieħed rimarkabli u hemm possibilita kbira, li l-iraċi huma l-aktar mammiferi estanti jew ħajjin li huma ġenetikament relatati fil-qrib mal-iljunfanti, u b'hekk huma kklassifikati flimkien mal-ordni Proboscidea fil-koħort Afrotheria.
Deskrizjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-Iraċi huma krejaturi kemxejn żgħar, b' 4 saqajn qosra, sufin mhux ħażin, pjutost maqudin fit-tond u b'denb żgħir bil-kemm jidher. Iraċ adult jikber bejn wieħed u ieħor il-qies ta' qattus domestiku bejn 30 u 70 ċentimetru twil, u jiżem minn 2 sa 5 kilogrammi.
Ġrajjiet Storiċi
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel baħħara Feniċi li zaru il-Penisula Iberika kienu tfixxklu l-fniek ma' iraċi (bil-Ludhi "Shaphan") u minn hemm bdiet tissejjaħ "I-Shapan-im", li tfisser "l-art tal-iraċi", li saret latinizzata bħala "Hispania" li huwa l-għerq tal-kelma moderna u l-isem bl-iSpanjol ta' Spanja "España" u b' hekk l-isem bill-Malti ukoll li huwa Spanja.
Fil-Bibja, speċjalment fit-traduzjonijiet tal-bidu, l-kelma "fenek" kienet użata ħafna drabi minflok il-kelma "iraċ", dan minn ħabba li l-Ewropej ta' dak iż-żmien ma' kellhom 'l ebda tagħrif dwar l-eżistenza ta' l-iraċ (ara "Shaphan" f' "Strong's Concordance" u b' hekk ma kienx hemm kelma jew isem biex jindirizza jew jiddentifika dan il-mammiferu. Minn barra dan, hemm referenzi fit-Testment il-Qadim li jirreferu għall-iraċ (ara Lev 11:4-8; Deut 14:7; Ps 104:18; Prov 30:26), u jidher li hemm żbal fl-identifikazzjoni, għax jindirzzaw l-iraċi u l-fniek bħala mammiferi ruminanti (ara Kummentarju fuq Lev. 11:5,6 minn Robert Jamieson.
Iraċi Prestoriċi
[immodifika | immodifika s-sors]L-Iraċi moderni huma kollha membri tal-Familja Procaviidae (l-unika familja b' rappreżentanti estanti jew ħajjin fl-ordni Hyracoidea llum il-ġurnata) u jinsabu kollha fl-Afrika u fil-Lvant nofsani. Madankollu, fil-passat l-iraċi kienu ħafn' aktar varji u mifruxa. L-ordni jidher għal-ewwel darba bħala fossilu madwar 40 miljun sena ilu u għal ħafna miljuni ta' snin l-Iraċi kienu l-erbivori ta' l-art primarji fl-Afrika, fl-istess niċċa ekoloġika li kienu fhija l-ungulati tas-swaba farada fl-Ameriki. Dak iż-żmien kien hemm ħafna speċi differenti ta' Iraċi, l-akbar fosthom kien daqs ors bil-piż ta' żiemel żgħir u l-iżgħar ma kienx akbar minn ġurdien.
Madankollu, matul il-Mijoċen, kompetizjoni ħarxa mill-[[bovidi] (grupp ta' mammiferi li kienu għadhom ħerġin minn żvilupp evolutiv), li kienu erbivori addattati aħjar u ferm aktar effiċenti, tefgħu l-barra l-Iraċi mit-territorju primarju, u spiċċaw f' niċeċċ marginali. L-ordni Hyracoidea xorta waħda baqa mifrux sew u ta' suċċess sat-tmiem il-Plijoċen (madwar 2 miljuni ta' snin ilu), b' rappreżentanti mifruxa mal-biċċa l-kbira tal-kontinenti ta' l-Afrika, l-Ewropa u l-Asja.
Id-daqs kbir ta' l-Iraċi prestoriċi jgħina napprezzaw il-fatt li l-Iraċi moderni huma possibilment l-eqreb relativ ħaj tal-iljunfanti. Id-dixxendenti ta' l-irakojdi ġganti evolvew f' ħafna direzjonijiet. Uħud minnhom ċkienu u saru l-familja moderna Procaviidae ta' l-Iraċi ta' llum. Oħrajn jidher li qabdu t-triq għal ilma (bħal kapibara) li sa f' laħħar saru l-ordni Proboscidea (l-iljunfanti) u jista jkun ukoll l-ordni Sirenia (il-baqar tal-baħar).
Evidenzi tad-DNA jissapportjaw din it-tejorija u minn barra hekk l-Iraċi moderni għalkemm żgħar jaqsmu numru kbir ta' fattizzi ma' l-iljunfanti, bħad-dwiefer tas-swaba, smiegħ eċċellenti, ġilda sensittiva fil-qiegħ tas-saqajn, iz-zanni (in-nejbiet li jsiru snin kbar speċjalizzati), memorja tajba, funzjoni ċelebrali għolja meta mqabla ma' mammiferi simili u l-forma ta' uħud mill-għadam. Hemm ħjiel ukoll li mil-ewwel Iraċi segħta evolva ukoll il-klad tal-Glires (ir-rodituri u l-lagomorfi).
Gallarija
[immodifika | immodifika s-sors]L-Iraċi llum
[immodifika | immodifika s-sors]L-Iraċi moderni ta' llum il-ġurnata, żammu numru ta' karatteristiċi tal-mammiferi primitivi. Partikolarita interessanti hija ir-regolazjoni tat-temperatura interna ftit li xejn żviluppata, li l-Iraċi jsolvu billi jitgezzu flimkien jew joqogħdu fix-xemx bħar-rettili. Għal kuntrarju tal-mammiferi li jgħiru, l-Iraċi m' għandhomx snin inċisivi żviluppati sew fuq quddiem, b' mod li jkunu jisgħtu jaqgħtu l-ħaxix u l-weraq faċilment u b' hekk ikollhom jużaw is-snin fil-ġenb tal-ħalq minflok. Għal kuntrarju ta' ħafna mill-ungulati tas-swaba żewġ u uħud mil-makropodi, l-Iraċi ma jergux jomodu il-kad ("cud" huwa ikel li jkun diġa parzjalment diġestit) biex joħorġu n-nutrijenti u jieħdu dak kollu possibli f' sens nutrizjonali, mil-weraq u l-ħxix ta' kwalita inferjuri, biss ta' minn wieħed jgħid ukoll, li l-iraċi għandhom stonku kumpless maqsum f' kavitajiet fejn jiġi diġestit l-ikel b' bakterja simbjotika u l-abilita biex jidiġestjaw il-fibra tal-pjanti hija simili għal dik ta' l-ungulati.
Ix-xjentisti reċentement naqqsu n-numru ta' l-ispeċi distinti ta' l-iraċi rikonoxxuti, minn 11-il-speċi, aċċettati sa l-1995 għal 4 speċi. Il-bqijja ġew rikonoxxuti bħala sottospeċi ta' dawn l-4 speċi. Infatti, b' kollox hemm il fuq minn 50 speċi u sottospeċi rikonoxxuti u ħafna minnhom huma kkunsidrati f' periklu kbir ta' estinzjoni.
Klassifikazjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Hyracoidea
- Familja Procaviidae
- Ġeneru Dendrohyrax (Gray, 1868)
- Iraċ tas-siġar ta' Nofs in-nhar, Dendrohyrax arboreus (A. Smith, 1827)
- Iraċ tas-siġar tal-Punent, Dendrohyrax dorsalis (Fraser, 1855)
- Ġeneru Heterohyrax (Gray, 1868)
- Iraċ ta' l-arbuxelli tat-tbajja sofor, Heterohyrax brucei (Gray, 1868)
- Ġeneru Procavia (Storr, 1780)
- Iraċ tal-ġebel ta' Kap, Procavia capensis (Pallas, 1766)
- Ġeneru Dendrohyrax (Gray, 1868)
- Familja Procaviidae
Hemm dibattitu jaħraq għadej bejn il-mammoloġisti dwar kemm huma fin-numru l-ispeċi ta' iraċi. Bħalissa fil-biċċa l-kbira tal-klassifikazjonijiet qegħdin jiġu imniżżla 4 speċi, iżda din hija waħda temporanja, għaliex hemm pressjoni kbira minn ħafna xjentisti biex tinġabar aktar informazjoni u materjal biex issiru aktar testijiet ġenetiċi.
Klassifikazjoni skond "Mammal Species of the World ta' Wilson D.E. u Reeder D.M." 3 edizjoni:
Klassifikazjoni skond "Walker's Mammals of the World ta' Nowak, R. M." 6 edizjoni:
Klassifikazjoni alternattiva sa l-1995:
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 87-89. ISBN 0-8018-8221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.