Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Joe Borg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Joe Borg
European Commissioner for Maritime Affairs and Fisheries (en) Translate

22 Novembru 2004 - 9 Frar 2010
Franz Fischler (mul) Translate - Maria Damanaki (en) Translate
European Commissioner for International Cooperation, Humanitarian Aid and Crisis Response (en) Translate

1 Mejju 2004 - 11 Novembru 2004
European Commissioner for International Cooperation, Humanitarian Aid and Crisis Response (en) Translate

1 Mejju 2004 - 21 Novembru 2004
Poul Nielson (mul) Translate - Louis Michel (mul) Translate
8. Ministru għall-Affarijiet Barranin

24 Marzu 1999 - 23 Marzu 2004
Guido de Marco - John Dalli
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Valletta, 19 Marzu 1952 (72 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Aberystwyth University (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
għalliem fl-università
Premjijiet


Joseph "Joe" Borg (twieled 19 ta' Marzu 1952) huwa politiku u diplomatiku Malti. Huwa serva bħala l-Kummissarju Ewropew għas-Sajd u Affarijiet Marittimi mill-2004 sal-2010.[1] Qabel dan, huwa kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, fejn mexxa n-negozjati għall-adeżjoni ta’ Malti fl-Unjoni Ewropea.

Borg iggradwa b’Dottorat tal-Liġi mill-Università ta’ Malta fl-1975 u b’Maġisteru tal-Liġi f’Wales fl-1988.[2]

Borg laħaq diversi posti akkademiċi fl-Università ta’ Malta mill-1979 ‘il quddiem, fejn iffoka prinċiparjament fuq id-Dritt Soċjetarju, il-Liġi Industrijali u l-Liġi Ewropea. Barra minn hekk laħaq ukoll diversi posti bħala konsulent legali għal xi kumpaniji u korporazzjonijiet kemm f’Malta u f’pajjiżi oħrajn.

Huwa beda l-karriera politika tiegħu bħala konsulent għall-Ministru tal-Affarijiet Barranin bejn l-1989 sal-1995 dwar kwistjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Matul dan l-istess żmien serva wkoll bħala membru fuq il-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta. Fl-1995 nħatar fil-Parlament Malti bħala membru tal-Partit Nazzjonalista. Aktar tard bejn l-1998 u l-1999 huwa serva bħala Segretarju tal-Parlament fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u sussegwentament ingħata l-kariga tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin fl-1999. Borg żamm dan il-post sa n-nominazzjoni tiegħu bħala l-Kummissarju Ewropew tas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi fl-2004 wara t-tisħib ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea.

Kummissarju tas-Sajd

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħala Kummissarju Ewropew, Borg kellu responsabbiltà quddimija fit-tħaddin tal-Politika Marittima Integrata. Bil-mira li tinkiseb is-sostenibbiltà f’dan il-qasam, ir-responsabbiltà ikkonsistiet ukoll f’miżuri innovattivi fis-sajd, partikolarment permezz l-involviment ta’ partijiet interessati (stakeholders) u l-ġlieda kontra attivitajiet illegali tas-sajd. Borg qala’ kontroversja fost gruppi ambjentali permezz tal-oppożizzjoni qawwija tiegħu fuq il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tonn tal-ġeneru Thunnus. Il-pożizzjoni tiegħu ġiet marbuta mal-fatt li l-industrija taqla' madwar €100 miljun ewro fis-sena għal Malta[3]. Ftit żmien wara tmiem il-kariga tiegħu bħala l-Kummissarju tas-Sajd fl-2010, huwa nħatar bħala ċ-chairman tal-Akkademja Meditteranja ta’ Studji Diplomatiċi u ssokta l-letturi tiegħu fl-Università ta' Malta.[4]

Joe Borg huwa miżżewweġ lil Isabelle Borg. Il-koppja għandha żewġt itfal, Joseph u Clara.[5]

Dottorati Onorarji

[immodifika | immodifika s-sors]

Borg ġie ppremjat dottorat onorarju mill-Università ta’ Essex f’Lulju tal-2003.[6]

Publikazzjonijiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Borg kien l-awtur tal-Att tal-Kumpaniji ta’ Malt fl-1995.[4]