Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

John Dalli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
John Dalli
Kummissarju Ewropew għas-Saħħa

2010 - 2012 - Maroš Šefčovič (mul) Translate
9. Ministru għall-Affarijiet Barranin

23 Marzu 2004 - 3 Lulju 2004
Joe Borg - Michael Frendo
Ministru tal-Finanzi ta' Malta

8 Settembru 1998 - 23 Marzu 2004
Leo Brincat (en) Translate - Lawrence Gonzi
9. Ministru tal-Finanzi ta' Malta

27 Frar 1992 - 28 Ottubru 1996
George Bonello Dupuis (en) Translate - Lino Spiteri
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

1987 - 2010
Ħajja
Twelid Valletta, 5 Ottubru 1948 (76 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Benjamin N. Cardozo School of Law (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

John Dalli (Ħal Qormi, 5 ta’ Ottubru 1948) kien Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għas-Saħħa bejn l-2010 u l-2012. Kien Ministru fi Gvernijiet immexxija mill-Partit Nazzjonalista bejn l-1990 u l-2010, minbarra bejn l-2004 u l-2008. Hu okkupa diversi karigi għolja fl-amministrazzjoni finanzjarja fil-management f’Malta u Brussel.

Ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-1987 u kien maħtur Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Industrija.

F’Mejju 1990 hu inħatar Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi. Fl-1994 kien responsabbli mid-dħul tal-VAT f'Malta. U anke fl-1998 wara l-Gvern Laburista ta' Alfred Sant kien neħħieha. Ħadem ukoll biex fetaħ l-ewwel Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji.

Bħala Ministru, f’leġislaturi differenti, hu kien responsabbli ta’ diversi oqsma oħra fosthom il-Finanzi, l-Industrija, l-Ekonomija u l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment.

Fi Frar 2004, huwa kkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Huwa ġab 219-il vot li jammontaw għal 25% tal-Kunsilliera tal-Partit. Min-naħa tiegħu Lawrence Gonzi kiseb 508 voti (59%) waqt li Louis Galea kiseb 133 vot (15%).

F'Lulju 2004 irriżenja minn Ministru l-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Investiment wara biss tliet xhur għax kien akkużat b'korruzzjoni, akkużi li wara kollha waqgħu fil-qorti. Huwa għamel 4 snin bħala backbencher, kritiku għall-Partit tiegħu.

Wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2008, John Dalli inħatar Ministru tal-Politika Soċjali responsabbli wkoll mis-saħħa, mill-anzjani, mit-taħriġ u l-impjiegi, mir-relazzjonijiet industrijali u mid-djar.

Fid-9 ta' Frar 2010 huwa nħatar Kummissarju tal-Unjoni Ewropea għas-Saħħa.

Nhar is-16 ta' Ottubru 2012 kien imġiegħel jirriżenja mill-President tal-Kummissjoni José Manuel Barroso wara li kien implikat f'każ ta' korruzzjoni minn kumpanija tat-tabakk. Fl-24 ta' Diċembru 2012 Dalli fetaħ kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kontra Barroso.

Fl-14 ta' Ġunju 2013, wara l-elezzjoni ġenerali mirbuħa mill-Partit Laburista, John Dalli kellu laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat u ftit wara sar Konsulent għall-Isptar Mater Dei.

Ħajja Personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Hu miżżewweġ lil Josette nee’ Callus u għandhom żewġt ulied.