Location via proxy:   [ UP ]  
[Report a bug]   [Manage cookies]                
Aqbeż għall-kontentut

Malarja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ċellula ħamra infettata mill-P.vivax

Malarja, li hija korruzzjoni ta' male aria (li tfisser "arja ħażina" bit-Taljan), hija marda infettiva li tolqot madwar 350-500 miljun ruħ u tikkawża bejn 1.3-3 miljun mewt fis-sena [1], partikolarment fit-tropiċi. 85-90% ta' dawn l-imwiet iseħħu fl-Afrika Sub-Saħarjana.[2] Ir-rata ta' mwiet hija mistennija li tirdoppja fl-għoxrin sena li jmiss.[3] L-istatistiċi eżatti m'humiex magħrufa sew għaliex ħafna drabi dawn il-każijiet iseħħu f'inħawi rurali fejn in-nies ma jkollhomx aċċess għal sptarijiet u/jew il-mezzi neċessarji sabiex jirċievu l-kura medika. Konsegwentement, ħafna każijiet jispiċċaw biex jiġu ttrattati fid-djarijiet tal-pazzjenti u għaldaqstant ma jiġux dokumentati.[4]

Il-malarja hija kkawżata minn parassita protozoiku tal-genus Plasmodium (phylum Apicomplexa), u l-vettur li jitrażmetti l-parassita hija n-nemusa Anopheles mara. Il-P. falciparum huwa varjetà ta' dal-parassita li jikkawża daqs 80% tal-każijiet u 90% ta' l-imwiet. Tfal taħt il-ħames snin u nisa tqal huma l-iktar vulnerabbli għad-diversi forom ta' malarja.

  1. ^ Campbell, Neil A. et al. "Biology" Seventh edition. Menlo Park, CA: Addison Wesley Longman, Inc. 2005
  2. ^ Scott P. Layne, M.D. UCLA Department of Epidemiology, "Principles of Infectious Disease Epidemiology / EPI 220"
  3. ^ "Hull, Kevin. (2006) "Malaria: Fever Wars". PBS Documentary". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-18. Miġbur 2006-04-20.
  4. ^ "Hull, Kevin. (2006) "Malaria: Fever Wars". PBS Documentary". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-18. Miġbur 2006-04-20.