Munxar
Munxar | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°01′49″N 14°14′07″E / 36.0303°N 14.2353°EKoordinati: 36°01′49″N 14°14′07″E / 36.0303°N 14.2353°E | ||
Superfiċjenti | 2.8 kilometru kwadru | ||
Għoli | 75 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 1,454 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
munxar.gov.mt |
Il-Munxar hu raħal Għawdxi li jinsab fin-nofsinhar tal-gżira, qrib ir-raħal ta' Sannat, b'popolazzjoni ta' madwar 1,019 -il ruħ. L-isem "Munxar" ġej minn tip ta' serrieq, bis-snien tiegħu jidhru fl-arma tal-lokal.
Il-Munxar hu l-aktar magħruf għall-bajja tax-Xlendi, waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi l-aktar popolari ta' Għawdex, li sa nofs is-seklu 20 kienet għadha biss post tas-sajjieda.
Il-Knisja Parrokkjali tal-Munxar hi ddedikata lill-Appostlu San Pawl, protettur ta' Malta u Għawdex, kif ukoll tal-istess raħal tal-Munxar. Il-parroċċa tal-Munxar hi l-aħħar waħda li ġiet stabbilita. Dan sar fl-1957 mill-Isqof Ġużeppi Pace.
Amministrazzjoni u Kunsill Lokali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kunsill Lokali tal-Munxar għandu f'idejh it-tmexxija u l-Amministrazzjoni komunali tal-lokal. Il-membri tal-Kunsill huma:
- Joseph Sultana (Sindku, PN)
- Saviour Spiteri (PN)
- Mario Camilleri (PN)
- Carmen Said (PL)
- Patrick Grima (PL)
Il-Kappillan tal-Munxar huwa: Fr. Anton Refalo.
Faċilitajiet Komunali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-lokalita' tal-Munxar fiha diversi faċilitajiet għar-residenti fosthom plejgrawnd u park, kif ukoll diversi pjazez bil-bankijiet fejn wieħed jista' joqgħod bilqiegħdha. Barra minn hekk, il-parroċċa għandha ukoll iċ-Ċentru Parrokkjali tagħha.
Festa tar-Raħal
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Patrun tar-Raħal tal-Munxar hu San Pawl Appostlu, bil-festa tiegħu issir nahar l-10 ta' Frar, fit-tifkira tan-Nawfraġju tiegħu Malta. Iżda l-festa tar-raħal issir kull aħħar Ħadd ta' Mejju, u b'hekk tiftaħ l'hekk imsejjaħ "Staġun tal-Festi f'Għawdex"
Żoni tar-Raħal
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġnien is-Sultan
- Il-Mejda
- Sanap Cliffs
- Ta' Kamleta
- Ta' Luvier
- Ta' Marżiena
- Ta' Rinota
- Ta' Valletta
- Ix-Xlendi
Toroq Prinċipali tar-Raħal
[immodifika | immodifika s-sors]- Triq Dun Spir Gauci
- Triq il-Kalkara tal-Ġir
- Triq il-Madonna tal-Karmnu
- Triq it-12 ta' Diċembru 1957
- Triq iż-Żgħawri
- Triq Ras il-Bajjada
- Triq Santa Dminka
- Triq Ta' Marziena
Toroq Oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Daħla Ta' Kamleta
- Daħlet l-Isdieri
- Pjazza tal-Knisja
- Sqaq Dun Mikiel Anġ Spiteri
- Sqaq it-Taksis
- Sqaq Marżiena
- Sqaq Ta' Rinota
- Sqaq Wied l-Għawdxija
- Triq Bardan
- Triq Damasku
- Triq Dun Alan Fenech
- Triq il-Munxar
- Triq it-Tempju
- Triq Kolaċi
- Triq Marżiena
- Triq l-10 ta' Frar
- Triq l-Andrijiet
- Triq l-Isqawi
- Triq Profs Ġużè Aquilina
- Triq San Pawl
- Triq Ta' Luvier
- Triq Ta' Rinota
- Triq Tarsu
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Munxar (Munxar) |