Phascomurexia
Phascomurexia[1] | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Dasyuromorphia |
Familja: | Dasyuridae |
Ġeneru: | Phascomurexia Van Dyck, 2002 |
Speċi: | P. naso |
Isem binominali | |
Phascomurexia naso (Jentink, 1911) | |
Firxa tal-Phascomurexia |
Phascomurexia huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament id-Dasjur ta' mnieħru twil (għalkemm jissejjaħ ukoll bl-isem ta' Ġurdien marsupjal ta' mnieħru twil u kien jissejjaħ ukoll "Anteċinu ta' mnieħru twil" biss ma għadux jintuża minn meta ma baqax jagħmel parti mill-ġeneru Antechinus), tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' 6 ġeneri oħra, li huma Antechinus, Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paramurexia u Phascogale.
Il-ġeneru Phascomurexia huwa wieħed monotipiku u b' hekk jiġbor fiħ speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru għal żmien twil kienet ikklassifikata fil-ġeneru Antechinus ma' bosta speċi oħrajn, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li hija distinta jew differenti biżejjed biex tkun separata u ri-ikklassifikata f' ġeneru għalija weħidha).
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Phascogalini, Dasyurinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)
Lista ta' l-ispeċi tal-ġeneru Phascomurexia
[immodifika | immodifika s-sors]- Ġeneru Phascomurexia (Van Dyck,2002)
- Phascomurexia naso (Jentink,1911)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Groves, C. P. (2005). Wilson, D. E.; Reeder, D. M. eds. Mammal Species of the World (3et ed.). Baltimore: Johns Hopkins University Press. pp. 231.
- Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.