Fenek tal-bassasa
Fenek tal-art mistgħadra | |
---|---|
Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. palustris |
Isem binominali | |
Sylvilagus palustris (Bachman, 1837) |
Il-Fenek tal-bassasa, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus palustris huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-Amerika ta' fuq.
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Sylvilagus palustris huwa fenek ta' daqs medju, għandu par widnejn qosra li ġejjin għat-tond u saqajn żgħar mgħammra b' diffrejn twal. Dan il-fenek għandu pil fin li ġeneralment ikun ta' lewn kannella skur li f' uħud ikanġi fil-ħamrani u bil-pil ta' taħt iż-żaqq skur ukoll. Il-karratteristika ewlenija li tiddistingwixxi din l-speċi mill-oħrajn kollha, huwa d-denb ta' kulur skur ankè man-naħa ta' taħt. Fil-fenek tal-bassasa ma' hemmx dimorfiżmu sesswali kbir.
Dan il-fenek semi-akkwatiku, huwa għawwiem ta' kapaċità kbira li kemm-il darba jaqsam nixxiegħat, xmajjar u għadajjar bl-għawm biex jaħrab mill-għedewwa naturali tiegħu.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek tal-bassasa għandu dieta bbażata fuq varjeta ta' ħxejjex u xtieli (Rubus ursinus, Sagittatia fasciculata, Centella respanda, Eichhornia crassipes) li huma nattivi tal-ambjent tal-artijiet mistgħadra li jgħix fihom hu. Id-dieta ta' dan il-fenek dvarja ħafna minn staġun għal ieħor u fix-xitwa meta l-ħxejjex ikunu aktar skarsi, tiġi kkumplimentata bil-qxur taz-zkuk tas-siġar.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek tal-bassasa huwa speċi ta' denb qotni b' distribuzzjoni fl-Amerika ta' fuq, b' firxa mal-artijiet mistgħadra tal-istati fil-Lbiċ tal-iStati Uniti.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-fenek huwa 1 minn 6 speċijiet ta' dnieb qotnin, li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Tapeti. Din l-ispeċi għandha minn ta' linqas 3 sottospeċijiet rikonoxxuti.
Gallarija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- U.S. Department of Agriculture, Bureau of Biological Survey. The Rabbits of North America. Washington D.C., USA: Washington Government Printing Office. 1909.
- Chapman, J., G. Feldhamer. 1982. Wild Mammals of North America. Baltimore, Maryland, USA: The Johns Hopkins University Press.
- Forys, E. 1996. Home Range and Movements of the Lower Keys Marsh Rabbits in a Highly Fragmented Habitat. Journal of Mammalogy, Vol. 77 Iss. 4: 1042-1048.
- Faulhaber, C., N. Perry, N. Silvy, R. Lopez, P. Frank, P. Hughes, M. Peterson. 2007. Updated Distribution of the Lower Keys Marsh Rabbit. Journal of Wildlife Management, Vol. 71 Iss. 1: 208-212.
- Faulhaber, C., N. Perry, N. Silvy, R. Lopez, P. Frank, M. Peterson. 2006. Reintroduction of Lower Keys Marsh Rabbits. Wildlife Society Bulletin, Vol. 34 Iss. 4: 1198-1202.
- Wilson, D., S. Ruff. 1999. The Smithsonian Book of North American Mammals. Washington D.C., USA: Smithsonian Institution Press.
Ħoloq/Linkijiet Esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus palustris. 2007 IUCN Red List of Threatened Species.
- 2007. "Virginia Department of Game and Inland Fisheries" (On-line). Marsh Rabbit (Sylvilagus palustris). Accessed October 05, 2007 Sylvilagus palustris palustris.
- Jones, M. 1997. "North Carolina Wildlife Profiles" (On-line). Wildlife Profiles: Marsh Rabbit, Sylvilagus palustris. Accessed October 23, 2007 Sylvilagus palustris.